![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/5/56/Me%25C4%2591ugorje_St.James_Church.jpg/640px-Me%25C4%2591ugorje_St.James_Church.jpg&w=640&q=50)
Medjugori
From Wikipedia, the free encyclopedia
Medjugori, bil-Kroat: Međugorje jew Medjugorje (pronunzja Kroata: [ˈmɛdʑuɡɔːrjɛ]) huwa raħal fil-Punent tal-Bożnija-Ħerzegovina, fir-reġjun ta' Ħerzegovina, madwar 25 kilometru lejn il-Lbiċ tal-belt ta' Mostar, u viċin tal-fruntiera mal-Kroazja. Illum ir-raħal hu l-aktar magħruf għall-allegati dehriet tal-Verġni Mqaddsa lil sitt itfal Kroati fl-24 ta' Ġunju 1981[1], u għalhekk illum iżuruha eluf ta' pellegrini minn madwar id-dinja kollha bħala santwarju tal-Madonna. Għall-kuntrarju ta' dak li jaħsbu ħafna, madanakollu, is-santwarju mhuwiex uffiċjalment rikonoxxut mill-Knisja Kattolika, u għalhekk dan jagħmlu illeċitu.[2]
![]() |
Dan l-artiklu dwar il-ġeografija huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
![](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/5/56/Me%C4%91ugorje_St.James_Church.jpg/640px-Me%C4%91ugorje_St.James_Church.jpg)
L-isem Međugorje litteralment ifisser naħa "qalb l-għoljiet". B'għoli ta' 200 metru 'l fuq mill-baħar, il-post għandu klima Mediterranja ħafifa. Ir-raħal jikkonsisti f'popolazzjoni ta' madwar 4,000 Kroat etniku. Il-parroċċa Kattolika Rumana ta' Medjugori tikkonsisti f'ħamest irħula biswit xulxin, Medjugori, Bijakoviċi, Vijonizza, Miletina u Xurmanzi.