Pangolin
From Wikipedia, the free encyclopedia
Pangolin huwa mammiferu insettivoru ta' daqs żgħir u medju mifruxa fir-reġjuni tropikali tal-Afrika u l-Asja. Il-pangolini, jew kif inhuma imsejjħin ukoll bunemmiela tal-qxur u wikkilin in-nemel tal-qxur, għandhom 8 speċi. Dawn qegħdin ikklassifikati kollha kemm huma fil-ġeneru Manis, fis-sottofamilja Maninae, fil-familja Manidae u fl-ordni Pholidota. L-isem "pangolin" ġej minn kelma Malajana "pengguling" li tfisser imkebbeb.
Pangolini | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Sottodiviżjoni: | *Manis crassicaudata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Eutheria |
Superordni: | Laurasiatheria |
Ordni: | Pholidota Weber, 1904 |
Familja: | Manidae Gray, 1821 |
Ġeneru: | Manis Linnaeus, 1758 |
Il-pangolini għandhom ġisimhom miksi bi qxur kbar u iebsin magħmulin minn ħafna strati ta' xagħar. Il-qxur tal-pangolini ż-żgħar ikunu rotob mat-twelid, iżda dawn jibbiesu bil-mod il-mod matul l-iżvilupp. Dawn il-qxur minn barra li jiffurmaw kurazza naturali, għandhom ix-xifer qisu xafra u b'hekk iservu ta' difiża doppja. Il-pangolini meta jħossuhom fil-periklu kapaċi jitkebbu f'forma ta' ballun.
Il-pangolini m'għandhomx snien, iżda minflok għandhom ilsien twil ħafna u glandola tal-bżieq enormi. Il-bżieq li joħroġ minn din il-glandola qisu kolla u flimkien mal-ilsien jintużaw mill-pangolini biex jaqbdu kwantita kbira ta' nemel u termiti.