![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/f/f7/Lemon_-_whole_and_split.jpg/640px-Lemon_-_whole_and_split.jpg&w=640&q=50)
Lumija
From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-lumija (Citrus × limon) hija kkonsidrata indiġena ġewwa l-Asja, u tipproduċi frott ta' lewn safrani. Din il-frotta hija użata ħafna fil-kċina waqt il-preparazzjoni ta' xi riċetta partikolari, iżda dan il-fattur ma jiddeterminax l-użu komplet tal-lumija, dan għaliex bosta huma dawk li jużaw il-lumija għall-meraq nutrittiv tagħha. Il-polpa u l-qoxra tal-lumija huma użati fit-tisjir sabiex ikunu jistgħu iżidu mal-aroma tal-platt. Il-meraq jikkonsisti minn 5 sa 6% aċidu ċitriku, li jagħmel lil-Lumija frotta qarsa. It-togħma distinta u qarsa tal-meraq tal-lumija, tagħmilha ingredjent essenzjali għax-xorb u għall-ikel, bħal-luminata.
Quick Facts Klassifikazzjoni xjentifika, Isem binominali ...
Lumija | |
---|---|
![]() | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Plantae |
(mhux klassifikata): | Anġjospermi |
(mhux klassifikata): | Eudicots |
(mhux klassifikata): | Rosids |
Ordni: | Sapindales |
Familja: | Rutaceae |
Ġeneru: | Ċitru |
Speċi: | C. × limon |
Isem binominali | |
Citrus × limon, spiss jingħata bħala C. limon |
Close