![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/6/65/Lumbini_-_Mayadevi_Temple_from_South%252C_Lumbini_%25289244243566%2529.jpg/640px-Lumbini_-_Mayadevi_Temple_from_South%252C_Lumbini_%25289244243566%2529.jpg&w=640&q=50)
Lumbini
il-post fejn twieled Gautama Buddha / From Wikipedia, the free encyclopedia
Lumbini (bin-Nepaliż u bis-Sanskritu: लुम्बिनी; ippronunzjata [ˈlumbini], li tfisser "is-sabiħa") hija sit tal-pellegrinaġġi Buddisti fid-Distrett ta' Rupandehi tal-Provinċja ta' Lumbini fin-Nepal. Hija l-post fejn, skont it-tradizzjoni Buddista, ir-Reġina Mahamayadevi welldet lil Siddhartha Gautama għall-ħabta tal-563 Q.K. Gautama, li kiseb l-Illuminazzjoni lejn il-528 Q.K.[1][2], sar il-Buddha u stabbilixxa l-Buddiżmu.[3][4] Lumbini hija waħda mill-bosta ta' siti tal-pellegrinaġġi li ġew stabbiliti fil-postijiet li kienu ċentrali fil-ħajja tal-Buddha.
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/6/65/Lumbini_-_Mayadevi_Temple_from_South%2C_Lumbini_%289244243566%29.jpg/640px-Lumbini_-_Mayadevi_Temple_from_South%2C_Lumbini_%289244243566%29.jpg)
Lumbini fiha għadd ta' tempji iktar antiki, fosthom it-Tempju ta' Mayadevi, u diversi tempji ġodda, iffinanzjati minn organizzazzjonijiet Buddisti minn diversi pajjiżi, li tlestew jew għadhom qed jinbnew. Bosta monumenti, monasteri u mużew, kif ukoll l-Istitut tar-Riċerka Internazzjonali ta' Lumbini jinsabu fi ħdan is-sit. Barra minn hekk, hemm il-Puskarini, jew Għadira Sagra, fejn omm il-Buddha skont ir-ritwal tradizzjonali daħlet qabel it-twelid u fejn il-Buddha ġie maħsul għall-ewwel darba. F'siti oħra ħdejn Lumbini, skont it-tradizzjoni, twieldu Buddhi iktar bikrin u mbagħad kisbu l-Illuminazzjoni aħħarija u finalment abbandunaw l-għamliet terrestri tagħhom.
Lumbini tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997.[5][6]