![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/8/85/Flag_of_Los_Angeles%252C_California.svg/langmt-640px-Flag_of_Los_Angeles%252C_California.svg.png&w=640&q=50)
Los Angeles
From Wikipedia, the free encyclopedia
Los Angeles, magħrufha wkoll fil-qasir bħala L.A., hija belt fl-Istati Uniti tal-Amerika, iċ-ċentru kulturali, finanzjarju u kummerċjali ta' Southern Calfornia. B'popolazzjoni ta' 3,976,322 ruħ (skont ċensiment tal-2016), din il-belt hi t-tieni l-ikbar waħda f'termini ta' popolazzjoni fl-Istati Uniti (wara New York City) u l-ikbar waħda fl-istat ta' California. Ikkonfinata minn tliet naħat ta' muntanji li jwasslu mat-3,000 metru f'baċin qrib il-kosta, Los Angeles tkopri żona ta' madwar 469 mil kwadru (1,210 km2). Il-belt hi wkoll is-sede tal-Kontea ta' Los Angeles, l-ikbar kontea fil-pajjiż. Los Angeles hi ċ-ċentru taż-żona metropolitana ta' Los Angeles, bi 13-il miljun resident.
Los Angeles | |||
---|---|---|---|
![]() | |||
![]() | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Stati Uniti tal-Amerka | ||
U.S. state | California (en) ![]() | ||
County of California | Los Angeles County (en) ![]() | ||
Kap tal-Gvern |
Karen Bass (en) ![]() | ||
Isem uffiċjali | City of Los Angeles | ||
Ismijiet oriġinali | El Pueblo de Nuestra Señora la Reina de los Ángeles del Río de Porciúncula | ||
Kodiċi postali |
90001–90068, 90070–90084, 90086–90089, 90091, 90093–90097, 90099, 90101–90103, 90174, 90185, 90189, 90291–90293, 91040–91043, 91303–91308, 91342–91349, 91352–91353, 91356–91357, 91364–91367, 91401–91499u 91601–91609 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 34.1°N 118.2°W / 34.1; -118.2 | ||
![]() | |||
Superfiċjenti | 1,302.15171 kilometru kwadru | ||
Għoli | 93 m | ||
Fruntieri ma' |
Lomita (en) ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 3,898,747 abitanti (1 April 2020) | ||
Unitajiet domestiċi | 1,402,522 | ||
Informazzjoni oħra | |||
Fondazzjoni | It-TlietaambUTCIt-Tlieta | ||
Kodiċi tat-telefon |
213 , 310 , 424 , 323 , 747 u 818 | ||
Żona tal-Ħin |
UTC−08:00 (en) ![]() ![]() ![]() | ||
bliet ġemellati |
Berlin, Mumbai, Nagoya, Eilat (en) ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() | ||
lacity.gov |
Storikament, Los Angeles ġiet uffiċjalment fundata fl-4 ta' Settembru 1781, mill-gvernatur Spanjol Felipe de Neve. Din saret parti mill-Messiku fl-1821 wara l-Gwerra tal-Indipendenza tal-Messiku. Fl-1848, fi tmiem tal-Gwerra Messiku-Amerikana, Los Angeles u l-kumplament ta' California inxtraw biex saru parti mill-Istati Uniti. Los Angeles saret muniċipalità fl-4 ta' April 1850, ħames xhur qabel ma' California kisbet l-istatus ta' stat. L-iskoperta taż-żejt fl-1890ijiet wasslu għal spinta ekonomika qawwija fil-belt.
Imlaqqma bħala City of Angels (Il-Belt tal-Anġli) minħabba kif isimha huwa tradott bil-lingwa Spanjola, Los Angeles hi magħrufha għall-klima Mediterranja tagħha u d-diversità etnika. Il-belt hija wkoll mutur ekonomiku sustanzjali fil-pajjiż, b'ekonomija diversifikata f'numru ta' kampijiet professjonali u kulturali. Los Angeles hi wkoll famuża minħabba li fiha tospita lil Hollywood, iċ-ċentru tal-industrija tad-divertiment fid-dinja.