Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Latvja
lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Latvja / From Wikipedia, the free encyclopedia
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2]
Il-Latvja ffirmat il-Konvenzjoni fl-10 ta' Jannar 1995 u b'hekk is-siti indikattivi tagħha saru eliġibbli biex jiżdiedu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. L-ewwel sit tal-Latvja li żdied fil-lista kien iċ-Ċentru Storiku ta' Riga fl-1997, fl-2005 żdied is-sit transnazzjonali tal-Ark Ġeodetiku ta' Struve li huwa kondiviż ma' disa' pajjiżi oħra, u mbagħad fl-2023 żdied ir-Raħal Antik ta' Kuldīga. It-tliet siti huma siti kulturali.[3]