lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Ukrajna From Wikipedia, the free encyclopedia
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] L-Ukrajna adottat il-Konvenzjoni tal-UNESCO uffiċjalment u saret membru indipendenti fit-12 ta' Ottubru 1988[3], filwaqt li uffiċjalment kienet għadha Repubblika tal-Unjoni Sovjetika (qabel xoljiet fl-1991).[4]
Attwalment, hemm seba' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Ukrajna; sitta minnhom huma siti kulturali u sit wieħed, il-Foresti Antiki u Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji u ta' Reġjuni Oħra tal-Ewropa, huwa sit naturali. L-ewwel sit li tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji kien dak tal-Katidral ta' Santa Sofija (Kiev) u l-Binjiet Monastiċi Relatati fl-1990. L-iżjed siti li tniżżlu reċentement kienu t-Tserkva tal-Injam tal-Karpazji fil-Polonja u fl-Ukrajna u tal-Belt Antika ta' Chersonesus Tawrika fl-2013. Tliet siti huma transnazzjonali: it-Tserkva tal-Injam huma kondiviżi mal-Polonja, l-Ark Ġeodetiku ta' Struve huwa kondiviż ma' disa' pajjiżi, u l-Foresti Antiki u Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji u ta' Reġjuni Oħra tal-Ewropa huma kondiviżi ma' 17-il pajjiż.
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1]
NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)
Sit | Ritratt | Post | Sena tad-deżinjazzjoni | Kriterji tal-għażla tal-UNESCO | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|
Kiev: Il-Katidral ta' Santa Sofija u Binjiet Monastiċi Relatati | Kiev | 1990 | i, ii, iii, iv (kulturali) | Il-Katidral ta' Santa Sofija nbena fis-seklu 11, ftit wara l-Kristjanizzazzjoni tar-Rus ta' Kiev. Il-mużajk u l-affreski ta' dak il-perjodu ġew ippreservati fuq ġewwa. Il-binjiet monastiċi ta' madwar il-katidral inbnew fis-sekli 17 u 18 bi stil Barokk Ukren. Il-Lavra ta' Pechersk ta' Kiev huwa kumpless monastiku li żviluppa mis-sekli 11 sa 19. Jinkludi knejjes, monasteru, u għerien fejn indifnu l-qaddisin. Kien ċentru importanti tal-Knisja Ortodossa tal-Lvant. Il-Knisja tas-Salvatur f'Berestove, biswit il- Lavra, żdiedet mas-sit fl-2005.[5] | |
Iċ-Ċentru Storiku ta' Lviv | Lviv | 1998 | ii, v (kulturali) | Il-belt ta' Lviv ġiet stabbilita fl-aħħar tal-Medju Evu u għadha tippreserva t-topografija Medjevali tagħha. Il-belt issawret mill-interazzjonijiet tal-komunitajiet differenti li għexu hemmhekk matul is-sekli, inkluż diversi gruppi Kristjani, Musulmani, u Lhud. L-arkitettura tal-belt tirrappreżenta fużjoni ta' stili mil-Lvant tal-Ewropa b'influwenzi mill-Italja u mill-Ġermanja. Diversi binjiet mill-perjodi Rinaxximentali u Barokki ġew ippreservati.[6] | |
L-Ark Ġeodetiku ta' Struve* | L-Oblast ta' Khmelnytskyi, l-Oblast ta' Odessa | 2005 | ii, iii, vi (kulturali) | L-Ark Ġeodetiku ta' Struve huwa sensiela ta' punti ta' triangulazzjoni, fuq medda ta' iktar minn 2,820 kilometru minn Hammerfest fin-Norveġja sal-Baħar l-Iswed. Il-punti ġew stabbiliti fi stħarriġ mill-astronomu Friedrich Georg Wilhelm von Struve li kien l-ewwel wieħed li wettaq kejl bir-reqqa ta' segment twil ta' meridjan, li għen biex jiġu stabbiliti d-daqs u l-għamla tad-Dinja. Oriġinarjament, kien hemm 265 punt. Is-Sit ta' Wirt Dinji jinkludi 34 punt f'għaxar pajjiżi (mit-Tramuntana għan-Nofsinhar: in-Norveġja, l-Iżvezja, il-Finlandja, ir-Russja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Belarussja, il-Moldova, l-Ukrajna), b'erba' punti jinsabu fl-Ukrajna (fir-ritratt jidher il-markatur tal-punt ta' Felshtyn).[7] | |
Il-Foresti Antiki u Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji u ta' Reġjuni Oħra tal-Ewropa* | diversi siti | 2007 | 1133ter; ix (natural) | Dan is-sit jinkludi eżempji mhux disturbati ta' foresti miti li juru l-proċess tal-espansjoni postglaċjali tas-siġar tal-fagu Ewropej minn ftit żoni iżolati għall-kenn fl-Alpi, fil-Karpazji, fid-Dinaridi, fil-Mediterran, u fil-Pirinej. Oriġinarjament is-sit iddeżinjat fl-2007 bħala l-Foresti Primordjali tal-Fagu tal-Karpazji, kondiviż bejn is-Slovakkja u l-Ukrajna, ġie estiż fl-2011 biex jiġu inklużi l-Foresti Antiki tal-Fagu tal-Ġermanja, u reġa' ġie estiż iktar fl-2017 u fl-2021 biex jiġu inklużi l-foresti f'total ta' 18-il pajjiż. Fl-Ukrajna, huma inklużi 13-il riżerva ta' foresti (Synevyr, fir-ritratt).[8] | |
Ir-Residenza tal-Metropolitani ta' Bukovina u tad-Dalmazja | Chernivtsi | 2011 | ii, iii, iv (kulturali) | Ir-Residenza tal-Metropolitani ta' Bukovina u tad-Dalmazja nbniet għall-Isqof Metropolitan tal-Knisja Ortodossa tal-Lvant fl-aħħar tas-seklu 19, meta r-reġjun kien taħt it-tmexxija Awstro-Ungarika. Ġiet iddisinjata mill-arkitett Ċek Josef Hlávka. Il-kumpless inbena bi stil storiku u jgħaqqad flimkien karatteristiċi tal-arkitettura Biżantina, Gotika u Barokka. Il-kumpless intuża bħala r-residenza tal-isqof sat-Tieni Gwerra Dinjija. Fl-1955, il-proprjetà ġiet ittrasferita lill-Università ta' Chernivtsi.[9] | |
Il-Belt Antika ta' Chersonesus Tawrika u l-Chora tagħha | Sevastopol | 2013 | ii, v (kulturali) | Il-belt antika ġiet stabbilita mill-Griegi Doriċi fis-seklu 5 Q.K. tul il-kosta tal-Baħar l-Iswed. Fis-sekli ta' wara, fil-belt kien hemm interazzjonijiet bejn komunitajiet Griegi, Rumani u Biżantini fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed. Ġiet abbandunata fis-seklu 15. Iż-żona madwar il-belt kienet importanti minħabba l-produzzjoni tal-inbid tagħha, u l-fdalijiet tal- vinji antiki ġew ippreservati sew.[10] | |
It-Tserkva tal-Injam tal-Karpazji fil-Polonja u fl-Ukrajna | L-Oblasts ta' Ivano-Frankivsk, Lviv u Zakarpattia | 2013 | iii, iv (kulturali) | Dan is-sit jinkludi 16-il tserkva (knisja tal-injam) fil-Karpazji, li nofshom jinsabu fl-Ukrajna. Il-knejjes inbnew bejn is-sekli 16 u 19 mill-komunitajiet Ortodossi tal-Lvant u Kattoliċi Griegi. Id-disinni huma bbażati fuq it-tradizzjonijiet ekkleżjastiċi Ortodossi b'influwenzi lokali. Fihom torrijiet tal-kampnari tal-injam, ikonostażi, u tiżjin polikromatiku fuq ġewwa, kif ukoll btieħi tal-knejjes, binjiet ta' lqugħ u ċimiterji. Fir-ritratt tidher il-Knisja tat-Trinità Mqaddsa f'Zhovkva.[11] |
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.