![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/1/15/The_Ice_Bergs_%252842807224%2529.jpeg/640px-The_Ice_Bergs_%252842807224%2529.jpeg&w=640&q=50)
Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Iżlanda
lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Iżlanda / From Wikipedia, the free encyclopedia
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] L-Iżlanda aċċettat il-Konvenzjoni fid-19 ta' Diċembru 1995, u b'hekk is-siti naturali u kulturali tagħha saru eliġibbli għall-inklużjoni fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[2]
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/1/15/The_Ice_Bergs_%2842807224%29.jpeg/640px-The_Ice_Bergs_%2842807224%29.jpeg)
Mill-2020, l-Iżlanda għandha tliet siti mniżżlin fil-lista. L-ewwel sit li tniżżel fil-lista kien il-Park Nazzjonali ta' Þingvellir, li tniżżel fl-2004.[3] Iktar 'il quddiem żdiedu żewġ siti oħra, Surtsey fl-2008[4] u l-Park Nazzjonali ta' Vatnajökull fl-2019.[5] Il-Park Nazzjonali ta' Þingvellir huwa sit kulturali filwaqt li ż-żewġ siti l-oħra huma siti naturali.