Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji f'Iżrael
lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO f'Iżrael / From Wikipedia, the free encyclopedia
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Iżrael irratifika l-Konvenzjoni fis-6 ta' Ottubru 1999, u b'hekk is-siti indikattivi tiegħu setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.
B'kollox Iżrael għandu disa' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO u kollha huma siti kulturali. L-ewwel żewġ Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li tniżżlu minn Iżrael kienu Masada u l-Belt Antika ta' Acre, fl-2001, filwaqt li l-iżjed sit li tniżżel reċentement huwa n-Nekropoli ta' Bet She'arim, fl-2015. Il-Belt Antika ta' Ġerusalemm u l-Ħitan tagħha tniżżlet fl-1981 fuq proposta tal-Ġordan sabiex is-sit jitqies għalih mingħajr assenjazzjoni lill-Palestina jew lil Iżrael.[3]