Lierse SK
From Wikipedia, the free encyclopedia
Koninklijke Lierse Sportkring, spiss magħrufa sempliċement bħala Lierse huwa klabb tal-futbol professjonali Belġjan, mill-belt ta' Lier fil-provinċja ta' Antwerp. Lierse bdew jilgħabu fl-Ewwel Diviżjoni Belġjana mill-istaġun 2010-11 u huma diġà rebħu l-kompetizzjoni 4 darbiet. Huma wkoll rebħu żewġ Tazzi Belġjani. Lierse huwa wieħed mill-5 klabbs Belġjani li lagħbu fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League ma' Anderlecht, Club Brugge, Genk u Standard. L-iktar plejer li għamel apparenzi mal-klabb huwa Bernard Voorhoof b'61 dehra għall-Belġju, kollha meta kien ma Lierse. Bi 30 gowl, ukoll huwa l-aqwa skorer tat-Tim nazzjonali Belġjan flimkien ma' Paul Van Himst.
![]() | ||||
Isem sħiħ | Koninklijke Lierse Sportkring | |||
---|---|---|---|---|
Ismijiet oħra | De Pallieters | |||
Fundazzjoni | 6 ta' Marzu 1906 | |||
Xoljiment | 31UTCt | |||
Grawnd | Herman Vanderpoortenstadion, Lier | |||
Kowċ |
Eric Van Meir (en) ![]() | |||
Kampjonat | L-Ewwel Diviżjoni | |||
| ||||
Sit uffiċjali |
Il-klabb twaqqaf fl-1906 u dawn ġew promossi l-ewwel darba għall-ewwel diviżjoni fl-istaġun 1927-28. Lierse kienu ta' suċċess fl-ewwel diviżjoni sal-aħħar tat-Tieni Gwerra Dinjija, huma rebħu 2 titoli u spiċċaw biss 4 darbiet barra mill-ewwel ħamsa. Fl-aħħar tal-istaġun 1947-48, kienu relegati għat-tieni diviżjoni. Lierse gawdu żewġ perjodi aktar fl-ogħla livell, kull darba b'rebħa ta' kampjonat (bejn l-istaġuni 1953-54 u 1985-86 u bejn l-istaġuni 1988-89 u 2006-07).
Lierse jilgħabu l-logħob f'darhom ġewwa Herman Vanderpoortenstadion li jinsab f'Lier, li huwa magħruf ukoll bħala 'Het Lisp', minħabba li l-istadju jinsab fil-lokal jismu Lisp. Huma għandhom kuluri isfar u iswed. Il-klabb kien inxtara reċentement minn negozjant Eġizzjan jismu Maged Samy, li jippossjedi wkoll KV Turnhout u Wadi Degla FC fl-Eġittu li għandha kuntratt sportiv ma' Arsenal. Huwa xtara l-klabb billi ħallas id-djun tiegħu.