![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/a/a3/Cc.logo.circle.svg/langmt-640px-Cc.logo.circle.svg.png&w=640&q=50)
Liċenzja Creative Commons
From Wikipedia, the free encyclopedia
Liċenzja Creative Commons (CC) hija waħda minn bosta liċenzji pubbliċi tad-drittijiet tal-awtur li jippermettu t-tqassim b'xejn ta' "xogħol" li seta kien restritt bi drittijiet tal-awtur.[lower-alpha 1] Liċenzja CC tintuża meta awtur jkun jrid jagħti lil nies oħra d-dritt li jaqsmu, jużaw, u jibnu fuq xogħol li jkun ħoloq l-awtur. CC jipprovdi flessibbiltà lil awtur (pereżempju, jistgħu jagħżlu li jippermettu biss użi mhux kummerċjali ta' xogħol partikolari) u jipproteġi lin-nies li jużaw jew iqassmu ix-xogħol ta' awtur minn inkwiet ta' ksur tad-drittijiet tal-awtur (sakemm jirrispettaw il-kundizzjonijiet li huma speċifikati fil-liċenzja).[1][2][3]
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/a/a3/Cc.logo.circle.svg/220px-Cc.logo.circle.svg.png)
Hemm diversi tipi ta' liċenzji Creative Commons. Kull liċenzja tvarja skont l-għażla ta' kundizzjonijiet possibbli li japplikaw għaliha. Il-liċenzji ħarġu fis-16 ta' Diċembru 2002 minn Creative Commons, korporazzjoni bla skop ta' qliegħ fundata fil-2001. Kien hemm ħames verżjonijiet ta' dawn il-liċenzji, bejn 1.0 u 4.0.[4] F'Novembru 2013, l-iktar verżjoni riċenti tal-liċenzji, il-veżjoni 4.0, ħarġet. Filwaqt li l-liċenzja Creative Commons kienet oriġinalment ibbażata fuq is-sistema legali Amerikana, daż-żmien hemm diversi portijiet ta' ġurisdizzjoni ta' Creative Commons li jakkomodaw liġijiet internazzjonali.
F'Ottubru tal-2014, l-Open Knowledge Foundation approvat il-liċenzji CC BY, CC BY-SA, u CC0 bħala konformanti mal-"Open Definition" għal kontenut u dejta.[5][6][7]