Klondike
reġjun f'Yukon, il-Kanada / From Wikipedia, the free encyclopedia
Klondike (pronunzja: /ˈklɒndaɪk/; mill-Hän: Tr'ondëk; li tfisser "ilma tal-ġebel użat bħala martell") huwa reġjun fit-territorju ta' Yukon, fil-Majjistral tal-Kanada. Jinsab madwar ix-xmara Klondike, li hija xmara żgħira li tidħol fix-xmara Yukon mil-Lvant fil-Belt ta' Dawson. Ir-reġjun huwa sempliċement reġjun ġeografiku informali, u ma għandu l-ebda funzjoni għat-territorju bħal xi tip ta' reġjun amministrattiv. Jinsab fit-territorju tradizzjonali tal-Ewwel Ġens tat-Tr'ondëk Hwëch'in.
Klondike sar magħruf minħabba t-Tellieqa għad-Deheb ta' Klondike, li bdiet fl-1896 u li damet sal-1899. Minn dak iż-żmien 'l hawn, fi Klondike baqgħet issir estrazzjoni kontinwa tad-deheb, għajr għal pawża fl-aħħar tas-snin 60 u fil-bidu tas-snin 70 tas-seklu 20.
Fl-2023, il-pajsaġġ kulturali ta' Tr'ondëk-Klondike tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bis-saħħa li joħroġ fid-dieher l-adattament tal-poplu Tr'ondëk Hwëch'in għall-kolonizzazzjoni Ewropea li bdiet fl-aħħar tas-seklu 19.[1]