Jerzy Grotowski
From Wikipedia, the free encyclopedia
Jerzy Marian Grotowski (pronunzja Pollakka: [ˈjɛʐɨ ˈmarjan grɔˈtɔfskʲi]; 11 ta' Awwissu 1933 - 14 ta' Jannar 1999) kien direttur u teoriku tat-teatru Pollakk li l-approċċi innovattivi tiegħu għar-reċtar, it-taħriġ u l-produzzjoni teatrali illum influwenzaw b'mod sinifikanti t-teatru. Huwa meqjus bħala wieħed mill-prattikanti tat-teatru l-aktar influwenti tas-seklu 20 kif ukoll wieħed mill-fundaturi tat-teatru sperimentali.[1][2]
Jerzy Grotowski | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Rzeszów (en) , 11 Awwissu 1933, 13 Awwissu 1933 |
Nazzjonalità |
Polonja Franza |
Residenza | Pontedera (en) |
Mewt | Pontedera (en) , 14 Jannar 1999 |
Familja | |
Aħwa | |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Russian Institute of Theatre Arts (en) Stanisław Wyspiański Academy for the Dramatic Arts (en) |
Lingwi |
Pollak Taljan |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
reġista teatrali professur direttur tal-films drama teacher (en) reġista |
Post tax-xogħol |
Wrocław Pariġi Pontedera (en) |
Impjegaturi | Collège de France (1997 - 1999) |
Premjijiet | |
Influwenzat minn |
Wincenty Lutosławski (en) Carl Jung Konstantin Stanislavski (en) |
Sħubija | Akkademja Amerikana tal-Arti u tax-Xjenzi |
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Twieled fi Rzeszów, fix-Xlokk tal-Polonja, fl-1933 u studja r-reċtar u d-direzzjoni fl-Akkademja tal-Arti Drammatika Ludwik Solski fi Kraków u l-Akkademja Russa tal-Arti Teatrali f’Moska. Iddebutta bħala direttur fl-1957 fi Kraków bid-dramm ta’ Eugène Ionesco Chairs u ftit wara waqqaf teatru żgħir tal-laboratorju fl-1959 fil-belt ta’ Opole fil-Polonja. Matul is-snin sittin, l-interess fil-kumpanija dejjem beda jikber tant hu hekk li Grotowski sar magħruf b'mod internazzjonali. Hekk kif ix-xogħol tiegħu kiseb akklamazzjoni u rikonoxximent usa’, Grotowski ġie mistieden jaħdem fl-Istati Uniti u telaq mill-Polonja fl-1982. Għalkemm il-kumpanija li waqqaf fil-Polonja għalqet ftit snin wara fl-1984, huwa kompla jgħallem u jidderieġi produzzjonijiet fl-Ewropa u l-Amerika.
Madankollu, Grotowski sar dejjem aktar skomdu bl-adozzjoni u l-adattament tal-ideat u l-prattiċi tiegħu, partikolarment fl-Istati Uniti. Għalhekk, f’dak li deher li kien l-aqwa tal-profil pubbliku tiegħu, telaq mill-Amerika u mar joqgħod l-Italja fejn waqqaf il-Grotowski Workcenter fl-1985 f’Pontedera, qrib Pisa. F’dan iċ-ċentru, kompla l-esperimentazzjoni u l-prattika teatrali tiegħu, u kien hawn li kompla jidderieġi taħriġ u avvenimenti teatrali privati kważi bil-moħbi għall-aħħar għoxrin sena ta’ ħajtu. Kawża tal-lewkimja u kundizzjoni tal-qalb Grotowski miet fl-1999 fid-dar tiegħu f'Pontedera.[3]