Għajnuna:Wikiketta
From Wikipedia, the free encyclopedia
Billi l-kontributuri tal-Wikipedija ġejjin minn pajjiżi u kulturi differenti, jista' jkollhom ideat u fehmiet differenti ħafna. Hu fundamentali li nittrattaw lil kulħadd b'rispett biex naħdmu bis-serjetà flimkien ħalli nibnu enċiklopedija msejsa fuq il-prinċipju ta' kolleġġjalità u ta' għaqda ta' fehma.
Fi ftit kliem: L-etiketta tal-Wikipedija, minkejja li ħafna drabi tkun partikulari għal kull wiki, hi bbażata fuq intwizzjonijiet komuni fuq kif taħdem flimkien: kun ħabib u flessibli, u kkonċentra fuq ix-xogħol |
Din il-paġna toffri l-prinċipji tal-etiketta jew "Wikiketta", jew aħjar, linji gwida fuq kif wieħed jista' jaħdem mal-oħrajn fuq il-Wikipedija biex jiġi evitat il-ġlied u t-tagħjir.