Grupp B tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008
From Wikipedia, the free encyclopedia
Grupp B tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008 hu wieħed mill-erba' gruppi tal-Kampjonati Ewropej 2008. L-ewwel partiti tal-grupp intlagħbu fit-8 ta' Ġunju, 2008, u l-logħob tlestew nhar is-16 ta' Ġunju 2008. Is-sitt partiti ntlagħbu fl-Awstrija, fil-bliet ta' Vjenna u Klagenfurt. Il-grupp kien jikkonsisti minn nazzjonijiet mill-Ewropa Ċentrali; wieħed mill-ospiti, l-Awstrija, il-Kroazja, il-Ġermanja u l-Polonja. L-Awstrija u l-Polonja kienu qed jagħmlu d-debutt fil-Kampjonati Ewropej.
Artiklu prinċipali: Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008.
Il-Kroazja sar l-ewwel tim li kkwalifika għall-kwarti tal-finali minn Grupp B meta wara r-rebħa ta' 1–0 kontra l-Awstrija, huma kisbu rebħa ta' 2–1 kontra l-Ġermanja. Dan ir-riżultat, flimkien mal-pari ta' 1–1 mal-Polonja, kien ifisser li l-Kroazja spiċċat l-ewwel post tal-grupp. It-tieni post għall-kwarti tal-finali kienet deċiża fl-aħħar sett ta' partiti, bil-Ġermanja tirbaħ lill-Awstrija b'gowl minn Michael Ballack, fejn b'hekk għamlet li r-riżultat fil-partita bejn il-Kroazja u l-Polonja, ikun wieħed irrelevanti. Il-gowl ta' Ivan Klasnić kien ifisser li l-Kroazja kienet l-ewwel tim li akkwistat il-massimu tal-punti fil-fażi tal-gruppi.