Tim nazzjonali tal-futbol tal-Kroazja
From Wikipedia, the free encyclopedia
L-iskwadra nazzjonali tal-futbol tal-Kroazja hu t-tim nazzjonali tal-futbol tal- Kroazja u hu mmexxi mill-Croatian Football Federation. It-tim ilu jeżisti mill-1990 u kien rikonixxut mill-FIFA u l-UEFA fis-sajf ta' l-1992, sena wara li l-Kroazja kisbet l-Indipendenza mill-Jugoslavja.
Kroazja | |
![]() | |
---|---|
Assoċċazzjoni | Hrvatski nogometni savez |
Konfederazzjoni | UEFA, (Ewropa) |
Kowċ | ![]() |
Captain | Niko Kovač |
L-Aktar Dehriet | Dario Šimić (91) |
L-Aktar Gowls | Davor Šuker (45) |
Grawnd Nazzjonali | Maksimir Stadium |
L-Ewwel Internazzjonali | ![]() ![]() (Żagreb, Kroazja; 17 ta' Ottubru, 1990) |
L-Ikbar Rebħiet | ![]() ![]() (Żagreb, Kroazja; 6 ta' Ġunju, 1994)
|
L-Ikbar Telfa | ![]() ![]() (Bratislava, Kroazja; 20 t'April, 1994) |
It-tim lagħab l-ewwel logħob kompettiv fil-Kampjonati Ewropej 1996 u kkwalfikaw għall-finali biex b'hekk għamlu l-ewwel apparenza f'kampjonat internazzjonali. Huma kienu tim qawwi fil-futbol internazzjonali, meta spiċċaw it-tielet fit-Tazza tad-Dinja 1998, b'golden goal ta' Davor Šuker. Huma rnexxielhom jgħaddu għal kull edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja meta daħlu bħala nazzjon indipendenti.
Fir-rankings tal-FIFA, it-tim kien wasal sat-tielet post u anki żar pożizzjonijiet mhux daqshekk tajbin bħal 125 post. Huma għadhom ma tilfux logħob kompetittiv ġewwa darhom mill-1994. Huma kkwalfikaw għat-Tazza tad-Dinja 2002 u 2006 mingħajr ma jitilfu logħba mill-kwalifikazzjoni.