![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/a/a5/George_best_1976.jpg/640px-George_best_1976.jpg&w=640&q=50)
George Best
From Wikipedia, the free encyclopedia
George Best (twieled fit-22 ta' Mejju 1946 – miet fil-25 ta' Novembru 2005) kien plejer professjonali tal-futbol Nord-Irlandiż, magħruf l-aktar għas-snin li kien qatta' ma' Manchester United. Hu kien jilgħab bħala ġwejnħa fejn il-logħba tiegħu kienet tkun kombinazzjoni ta' veloċità, aċċelerazzjoni, bilanċ, l-abilità li jixxutja biż-żewġ saqajn, il-gowls li jiskorja u l-kapaċità li jaqbeż lid-difensuri.[1] Fl-1968, deskritta bħala l-aqwa sena li qatt kellu fil-karriera, hu rebaħ it-Tazza taċ-Ċampjins ma' Manchester Unied, u ġie nkurunat bħala l-Plejer Ewropew tas-Sena. Hu kien regulari mat-tim tal-Irlanda ta' Fuq, però fis-37 logħba li lagħab qatt ma rnexxielu jwassalhom sat-Tazza tad-Dinja.
![]() | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 22 ta' Mejju 1946(1946-05-22) Belfast, Irlanda ta' Fuq | ||
Mewt | 25 ta' Novembru 2005 (59 sena) Londra | ||
Rwol | Ġwejnħa | ||
Mixtliet | |||
Cregagh Boys Club | |||
1961–1963 | Manchester United | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1963–1974 | Manchester United | ||
1974 | → Jewish Guild (self) | ||
1974 | → Dunstable Town (self) | ||
1975 | Stockport County | ||
1975–1976 | Cork Celtic | ||
1976 | Los Angeles Aztecs | ||
1976–1978 | Fulham | ||
1977–1978 | Los Angeles Aztecs | ||
1978–1979 | Fort Lauderdale Strikers | ||
1979–1981 | Hibernian | ||
1980–1981 | San Jose Earthquakes | ||
1982 | Sea Bee | ||
1982 | Hong Kong Rangers | ||
1983 | Bournemouth | ||
1983 | Brisbane Lions | ||
1983 | Osborne Park Galeb | ||
1983 | Nuneaton Borough | ||
1984 | Tobermore United | ||
Tim nazzjonali | |||
1964–1977 | Irlanda ta' Fuq |
Fl-1999 hu ġie ivvutat fil-ħdax-il post, wara Marco van Basten, fl-elezzjoni tal-Plejer Ewropew tas-Seklu skont l-IFFHS, u fis-sittax-il post, wara Lothar Matthäus, fl-elezzjoni tal-Plejer tas-Seklu.[2] Pelé, fl-2004, semmieh fil-lista personali tal-125 l-aqwa plejer ħajjin fil-FIFA 100 u Best ġie msemmi fid-dsatax-il post, wara Gerd Müller, fis-Sondaġġ tal-Ġublew tad-Deheb tal-UEFA. F'pajjiżu, l-ammirazzjoni lejn hi mqassra fil-frażi lokali li tgħid: "Maradona tajjeb; Pelé itjeb; George Best l-aqwa."[3]
Hu kien fost l-ewwel plejers ċelebrità, però l-istil ta' ħajja ekstravaganti li kien jgħix wassluh għal problemi mal-alkoħoliżmu li qattgħu bin-nofs il-karriera tiegħu, u eventwalment għall-mewt tiegħu f'Novembru tal-2005 fl-età ta' 59. Il-kawża ta' mewtu kienet infezzjoni fil-kliewi.