Fjandri tal-Punent
From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Fjandri tal-Punent (Olandiż:West-Vlaanderen) hija provinċja tal-Fjandri, fil-Belġju. Hi tmiss (dawran lemini mit-Tramuntana) mal-Olanda, mal-provinċja Fjamming tal-Fjandri tal-Lvant (Oost-Vlaanderen) u l-provinċja Wallonjana ta' Hainaut (Henegouwen) fil-Belġju, fuq Franza, u l-Baħar Nordiku. Il-kapital tagħha hija Bruges (Brugge). Bliet importanti oħra huma Kortrijk fin-nofsinhar u Ostend tul il-kosta. Il-provinċja għandu erja ta' 3,125 km² li hija maqsuma fi tmien distretti amministrattivi (arrondissementen) li fihom 64 muniċipalitajiet. Il-kosta kollha tal-Baħar Nordiku Belġjan, destinazzjoni importanti tat-turiżmu, tinsab fil-Fjandri tal-Punent.
| |||
Pajjiż | Belġju | ||
Reġjun | Reġjun Fjamming | ||
Kapital | Bruges | ||
Gvernatur | Carl Decaluwé | ||
Erja | 3,125 km2 (1,207 mi kw) | ||
Popolazzjoni - Total: - Densità: |
1,164,967 370/km2 (970/mi kw) | ||
Websajt | Sit Uffiċjali |