Festival tal-Eurovision 2010
kompetizzjoni annwali / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Festival tal-Eurovision 2010 kien il-55 edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision. Dan sar ġewwa t-Telenor Arena, f'Bærum, fin-Norveġja, subborg tal-belt ta' Oslo. Din hija t-tielet darba li dan il-pajjiż qed iżomm dan il-festival, bl-edizzjonijiet preċedenti jkunu dawk tal-1986 u l-1996. Is-semifinali ħadu post fil-25 u fis-27 ta' Mejju 2010, waqt li l-finali se tieħu post nhar is-Sibt 29 ta' Mejju 2010.[1] Il-kantanta ta' dsatax-il sena Lena rebħet il-festival 2010 f'isem il-Ġermanja bil-kanzunetta "Satellite".
Festival tal-Eurovision 2010 "Share The Moment" | |
---|---|
![]() | |
Dati | |
Data tal-1el semifinali | 25 ta' Mejju 2010 |
Data tal-2ni semifinali | 27 ta' Mejju 2010 |
Data tal-finali | 29 ta' Mejju 2010 |
Ospitu | |
Sala | Telenor Arena, Bærum, Norveġja |
Preżentatur(i) | Erik Solbakken Haddy N'jie Nadia Hasnaoui |
Att tal-ftuħ | Alexander Rybak ikanta Fairytale |
Att tal-intervall | Massa ta' nies jesebixxu flimkien ma' Madcon, flimkien ma' filmati diretti u rekordjati ta' udjenzi jiżfnu madwar l-Ewropa. |
Parteċipanti | |
Numru ta' parteċipanti | 39 |
Pajjiżi debuttanti | Ħadd |
Pajjiżi li rritornaw | ![]() |
Pajjiżi li rtiraw | ![]() ![]() ![]() ![]() |
Vote | |
Kanzunetta rebbieħa | ![]() "Satellite" |
Festival tal-Eurovision | |
◄2009 ![]() |
Il-European Broadcasting Union (EBU), għal din l-edizzjoni, effetwat xi tibdliet fosthom fis-sistema ta' votazzjoni fis-semifinali, li tibbilanċja l-voti tal-ġurija ma' dawk tal-pubbliku. Disgħa u tletin pajjiż daħlu għal dan il-konkors, bil-Ġeorġja tirritorna lura, waqt li l-Andorra, il-Montenegro, ir-Repubblika Ċeka u l-Ungerija jirtiraw.