FIDE
Federazzjoni Internazzjonali taċ-Ċess / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Federazzjoni Internazzjonali taċ-Ċess jew il-Federazzjoni Dinjija taċ-Ċess,[1][2] komunement imsemmija bl-akronimu Franċiż tagħha FIDE (Fédération Internationale des Échecs),[3] hija organizzazzjoni internazzjonali bbażata fl-Iżvizzera li tgħaqqad id-diversi federazzjonijiet nazzjonali taċ-ċess u sservi bħala l-korp governattiv tal-kompetizzjoni internazzjonali taċ-ċess. FIDE twaqqfet f'Pariġi, Franza, fl-20 ta' Lulju 1924.[4] Il-motto tagħha huwa Gens una sumus, bil-Latin għal "Aħna familja waħda". Fl-1999, il-FIDE ġiet rikonoxxuta mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (KOI). Minn Mejju tal-2022, jeżistu 200 federazzjoni membru tal-FIDE.[5]
![]() |
Dan l-artiklu dwar l-isport huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |