L-ewro (simbolu: €; kodiċi bankarju: EUR), il-flus ta' għoxrin-il pajjiż tal-Unjoni Ewropea:
l-Awstrija
il-Belġju
Ċipru
l-Estonja
il-Finlandja
Franza
il-Ġermanja
il-Greċja
l-Irlanda
l-Italja
il-Kroazja
il-Latvja
il-Litwanja
il-Lussemburgu
l-Pajjiżi l-Baxxi
Malta
il-Portugall
is-Slovakkja
is-Slovenja
u Spanja
li flimkien jissejħu ż-żona tal-ewro. Pajjiżi oħra li jinsabu barra ż-żona tal-ewro iżda jużaw l-ewro bħala l-munita ta' pajjiżhom huma:
Andorra
il-Kosovo
Monako
il-Montenegro
San Marino
u l-Vatikan
flimkien ma' dawn il-pajjiżi mhux indipendenti li huma: il-Kosovo, l-Gujana Franċiża, Reunion, Saint-Pierre-et-Miquelon, Guadeloupe, Martinique u Mayotte. Fil-qasam tal-flus l-ewro ġab riforma sinifikattiva fl-Ewropa; bidla li kontinent kien ilu ma jara bħalha minn żmien l-Imperu Ruman. L-ewro mhux biss mekkaniżmu li jipperfezzjona s-Suq Uniku Ewropew billi jiffaċilita l-kummerċ ħieles fost il-membri taż-żona tal-ewro, imma hu meqjus, mill-fundaturi tiegħu bħala pass mill-iktar kruċjali fil-proġett tal-integrazzjoni politika Ewropea.
More information L-Ewropa fid-dinja, L-Ewropa bħala għaqda ta' stati ...
Il-muniti ewro kollha, jiġifieri l-muniti ewro ta' 1ċ, 2ċ, 5ċ, 10ċ, 20ċ, 50ċ, 1 ewro u 2ewro, juru l-mappa ġeografika tal-pajjiż, akkumpanjata mill-kelma "Eesti" (Estonja).
Il-muniti ewro kollha, jiġifieri l-muniti ta' 1ċ, 2ċ, 5ċ, 10ċ, 20ċ, 50ċ, 1 ewro u 2ewro, juru xbieha tal-Qdusija Tiegħu l-Papa BenedittuXVI
More information Valur tal-karta, Qies tal-karta ...
Valur tal-karta
5 €
10 €
20 €
50 €
100 €
200 €
500 €
Qies tal-karta
120mm x 62mm
127mm x 67mm
133mm x 72mm
140mm x 77mm
147mm x 82mm
153mm x 82mm
160mm x 82mm
Quddiem
Wara
Close
Hemm seba' karti tal-flus tal-ewro: il-5 ewro, l-10 ewro, l-20 ewro, il-50 ewro, il-100 ewro, il-200 ewro, u l-500 ewro. Is-seba' karti tal-flus tal-ewro huma bbażati fuq tema ta' disinn komuni - "Żminijiet u Stili Ewropej".
Fuq in-naħa ta' quddiem tal-flus insibu t-twieqi u l-bibien li jissimbolizzaw l-ispirtu miftuħ u ta' kooperazzjoni fl-Ewropa. it-tnax-il stilla tal-Unjoni Ewropea jirrappreżentaw id-dinamiżmu u l-armonija tal-Ewropa tal-lum.
Fuq in-naħa ta' wara ta' kull karta tal-flus hemm pont wieħed mis-seba' perjodi tal-istorja arkitettonika Ewropea. Dawn jissimbolizzaw il-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni mill-qrib li jeżistu bejn il-ġnus tal-Ewropa u bejn l-Ewropa u l-bqija tad-dinja.
Il-karti tal-flus huma l-istess (minn wara u minn quddiem) fil-pajjiżi kollha taż-żona tal-ewro, u bħall-muniti ewro, huma valuta legali f'kull pajjiż ta' din iż-żona monitarja Ewropea fi ħdan l-Unjoni Ewropea.
Il-karti tal-flus tal-ewro huma dawn:
Il-Ħames Ewro: għandha l-kulur griż u tirrappreżenta l-Arkitettura Klassika
L-Għaxar Ewro: għandha l-kulur aħmar u tirrappreżenta l-Arkitettura Romanika
L-Għoxrin Ewro: għandha l-kulur ikħal u tirrappreżenta l-Arkitettura Gotika
Il-Ħamsin Ewro: għandha l-kulur oranġjo u tirrappreżenta l-Arkitettura Rinaxximentali
Il-Mitt Ewro: għandha l-kulur aħdar u tirrappreżenta l-Arkitettura Barokka u tar-Rokokò
Il-Mitejn Ewro: għandha l-kulur isfar fil-kannella u tirrappreżenta l-Arkitettura tal-Art Nouveau
Il-Ħames Mitt Ewro: għandha l-kulur vjola u tirrappreżenta l-Arkitettura Moderna tas-seklu 20
L-ewro ġie stabbilit bi prova tal-1992 permezz tat-Trattat ta' Maastricht dwar l-Unjoni Ewropea li sar biex jistabbilixi l-Unjoni Monetarja u Ekonomika. Biex idaħlu din il-munita l-ġdida, l-Istati Membri kellhom jobdu ċerti regoli stretti bħal defiċit tal-baġit ried ikun inqas minn tlieta fil-mija tal-PDG, dejn tinqas minn sitta fil-mija tal-PDG, inflazzjoni baxxa, u rati ta' interess qrib dawk tal-UE. Fit-Trattat ta' Maastricht, ir-Renju Unit u d-Danimarka ngħatalhom il-permess li jistgħu ma jimxux fuq dan il-pass li jwasal għad-dħul tal-ewro.
L-ekonomisti li għenu biex joħolqu jew jikkontribwixxu l-ewro jinkludu lil Robert Mundell, Wim Duisenberg, Robert Tollison, Neil Dowling, Fred Arditti u Tommaso Padoa-Schioppa.