Essaouira
belt fil-Marokk / From Wikipedia, the free encyclopedia
Essaouira (/ˌɛsəˈwɪərə/ ESS-ə-WEER-ə; bl-Għarbi: الصويرة, b'ittri Rumani: aṣ-Ṣawīra; bit-Tachelhit: ⵜⴰⵚⵚⵓⵔⵜ, b'ittri Rumani: Taṣṣort, li qabel kienet imsejħa ⴰⵎⴳⴷⵓⵍ Amegdul), u li sas-snin 60 tas-seklu 20 kienet magħrufa bħala Mogador, hija belt portwali fil-Punent tal-Marokk, fir-reġjun ta' Marrakesh-Safi, mal-kosta Atlantika. Mill-2014 għandha popolazzjoni ta' 77,966 abitant.
Essaouira | |
---|---|
![]() | |
| |
Amministrazzjoni | |
Constitutional monarchy | Marokk |
Region of Morocco | Marrakesh-Safi |
Province of Morocco | Provinċja ta' Essaouira |
Kap tal-Gvern |
Asma Chaabi (en) ![]() |
Isem uffiċjali |
الصويرة Essaouira ⵎⵓⴳⴰⴷⵓⵔ |
Ismijiet oriġinali |
الصويرة ⵎⵓⴳⴰⴹⵓⵔ |
Ġeografija | |
Koordinati | 31.513023°N 9.768696°W / 31.513023; -9.768696 |
Superfiċjenti | 90 kilometru kwadru |
Għoli | 11 m |
Demografija | |
Popolazzjoni | 77,966 abitanti (1 Jannar 2014) |
Unitajiet domestiċi | 20,290 |
Informazzjoni oħra | |
bliet ġemellati | La Rochelleu Cascais |
communeessaouira.ma… |
L-istabbiliment tal-belt ta' Essaouira kien xogħol is-sultan 'Alawid Marokkin Mohammed bin Abdallah, li wettaq esperiment oriġinali u inkariga l-kostruzzjoni f'idejn diversi arkitetti rinomati fl-1760, b'mod partikolari Théodore Cornut u Ahmed al-Inglizi, li ddisinjaw il-belt permezz ta' ħabsin Franċiżi li kienu nqabdu mill-ispedizzjoni li ma rnexxietx tal-Franċiżi lejn Larache fl-1765. Bil-missjoni li jibnu belt, adattawha għall-ħtiġijiet tal-merkanti barranin. Ladarba nbniet, il-belt baqgħet tikber u għaddiet minn epoka tad-deheb u żvilupp eċċezzjonali, u saret l-iżjed port kummerċjali importanti tal-pajjiż, kif ukoll il-belt kapitali diplomatika bejn l-aħħar tas-seklu 18 u l-ewwel nofs tas-seklu 19.
Il-medina ta' Essaouira ġiet iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2001.[1]