L-ekoloġija hija l-istudju xjentifiku tad-distribuzzjoni u tal-abbundanza tal-ħlejjaq u kif id-distribuzzjoni u l-abbundanza tagħhom huma affettwati bl-interazzjonijiet bejn dawn il-ħlejjaq u l-ambjent tagħhom.[1]

Il-bijosfera ekoloġika tad-Dinja

L-ambjent ta' ħlejqa jinkludi kemm proprjetajiet fiżiċi (li jistgħu jiġu deskritti bħala t-total ta' fatturi lokali bħal ngħidu aħna, id-dawl tax-xemx, il-klima u l-ġeoloġija), kif ukoll il-ħlejjaq li jaqsmu flimkien l-abitat.[2] It-terminu oekologie ġie vvintat fl-1866 mill-bijologu Ġermaniż Ernst Haeckel. Din il-kelma tnisslet mill-Grieg οικος (oikos, "dar") u λόγος (logos, "studju"); għaldaqstant "ekoloġija" tfisser "l-istudju tad-dar [tan-natura]".

Il-kelma "ekoloġija" tintuża' spiss bħala sinonimu tal-ambjent naturali jew tal-ambjentaliżmu. Ħafna drabi wkoll, il-kelma "ekoloġiku" tittieħed bħala kelma li tfisser favur l-ambjent.

Referenzi

Wikiwand in your browser!

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.

Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.