Cercle Brugge KSV
From Wikipedia, the free encyclopedia
Cercle Brugge Koninklijke Sportvereniging huwa klabb tal-futbol professjonali Belġjan, ibbażat ġewwa l-belt ta' Bruges. Cercle bdew jilgħabu fil-Ewwel Diviżjoni mill-istaġun 2003-04, li qabel qattgħu bosta snin fit-Tieni Diviżjoni wara relegazzjoni fl-1997. Il-klabb jilgħab il-logħob f'daru fl-Istadju Jan Breydel, li huma jaqsmu mar-rivali ħarxa Club Brugge. Cercle Brugge rebħu l-ewwel titlu nazzjonali tagħhom fl-1911, u rebħu żewġ titli oħra (fl-1927 u l-1930) qabel it-Tieni Gwerra Dinjija. Huma rebħu wkoll it-Tazza Belġjana fl-1927 u l-1985, u kienu rrappreżentaw lil Belġju f'kompetizzjonijiet Ewropej f'diversi okkażjonijiet.
Quick Facts Isem sħiħ, Ismijiet oħra ...
Isem sħiħ | Cercle Brugge Koninklijke Sportvereniging | ||
---|---|---|---|
Ismijiet oħra | Groen en Zwart (Ħodor u Suwed) | ||
Fundazzjoni | 9 ta' April, 1899 | ||
Grawnd | Stadju Jan Breydel, Bruges | ||
Proprjetarju | AS Monaco FC (en) | ||
President | Paul Vanhaecke | ||
Kowċ | Lorenzo Staelens | ||
Kampjonat | L-Ewwel Diviżjoni | ||
| |||
Sit uffiċjali |
Close