Cape Town Stadium
From Wikipedia, the free encyclopedia
Cape Town Stadium[1] f'Cape Town, l-Afrika t'Isfel, huwa grawnd ġdid mibni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010. Matul il-fażi tal-ippjanar kien famuż bħala Green Point Stadium, li kien l-istess isem ta' grawnd ieħor f'dan is-sit.
Quick Facts Lokalità, Koordinati ...
Cape Town Stadium | |
---|---|
Lokalità | Cape Town, Afrika t'Isfel |
Koordinati | 33°54′12.46″S 18°24′40.15″E |
Inawgurazzjoni | 14 ta' Diċembru 2009 |
Proprjetarju | City of Cape Town |
Operatur | SAIL/Stade de France |
Wiċċ | Ħaxix |
Spiża tal-kostruzzjoni | Rand 4.4 biljun ($600/£415 miljun) |
Arkitett | GMP Architects, Louis Karol Architects, Point Architects |
Kapaċità | 69,070 |
Dimensjonijiet | 290m x 265 m x 48m |
Lokatorji | |
Ajax Cape Town FC |
Close
Dan il-grawnd jinsab fi Green Point, bejn Signal Hill u l-Oċean Atlantiku, qrib iċ-ċentru tal-belt ta' Cape Town u l-Victoria & Alfred Waterfront, post famuż mat-turisti u tal-kummerċ. Dan il-grawnd iżomm mad-69,070 ruħ u hu mdawwar minn 60 ettaru ta' park urban. Cape Town Stadium ġie inawgurat nhar l-14 ta' Diċembru 2009.