![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/c/c1/Bagan%252C_Myanmar%252C_Ananda_Temple_as_seen_from_Thatbyinnyu_Temple_in_Bagan_plains.jpg/640px-Bagan%252C_Myanmar%252C_Ananda_Temple_as_seen_from_Thatbyinnyu_Temple_in_Bagan_plains.jpg&w=640&q=50)
Bagan
belt antika fil-Myanmar/Burma / From Wikipedia, the free encyclopedia
Bagan (bil-Burmiż: ပုဂံ; MLCTS: pu.gam, IPA: [bəɡàɰ̃]; li qabel kienet magħrufa bħala Pagan) hija belt antika u Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO[1] fir-Reġjun ta' Mandalay tal-Myanmar.[2] Mis-sekli 9 sa 13, il-belt kienet il-kapitali tar-Renju ta' Pagan, l-ewwel renju li wassal għall-unifikazzjoni tar-reġjuni li iktar 'il quddiem iffurmaw il-Myanmar. Fl-eqqel żmien tar-renju bejn is-sekli 11 u 13, iżjed minn 10,000 tempju, pagoda u monasterju Buddisti nbnew fil-pjanura ta' Bagan biss[3], li minnhom għad hemm il-fdalijiet ta' iktar minn 2,200 tempju u pagoda.
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/c/c1/Bagan%2C_Myanmar%2C_Ananda_Temple_as_seen_from_Thatbyinnyu_Temple_in_Bagan_plains.jpg/640px-Bagan%2C_Myanmar%2C_Ananda_Temple_as_seen_from_Thatbyinnyu_Temple_in_Bagan_plains.jpg)
Iż-Żona Arkeoloġika ta' Bagan hija attrazzjoni ewlenija għall-industrija l-ġdida tat-turiżmu fil-pajjiż.[4]