Aħmar
From Wikipedia, the free encyclopedia
L-Aħmar hu wieħed mill-kuluri tal-ispettru li hu perċepit mill-għajn uman. Għandu frekwenza minuri u, konsegwentament, għandu tul tal-mewġa ikbar mill-kuluri l-oħra viżibbli (bejn 630 u 760 nanometri).
More information Hex, RGBB ...
Aħmar | ||
---|---|---|
— Valuri tal-kulur — | ||
Hex | #FF0000 | |
RGBB | (r, g, b) | (255, 0, 0) |
CMYKH | (c, m, y, k) | (0, 100, 100, 0) |
HSV | (h, s, v) | (0°, 100%, 100%) |
B: Bejn [0–255] (byte) H: Bejn [0–100] (mija) |
Close
Hu wieħed mit-tliet kuluri primarji li miegħu jiżdiedu l-kuluri, fejn il-kulur komplementarju hu l-aħdar. Fil-passat kien ikkunsidrat ukoll bħala kulur primarju sottrattiv, waqt li l-kulur użat fl-istampar modern hu l-maġenta.
Fil-psikoloġija tal-kulur umana, l-aħmar hu assoċċjat mas-sħana, l-enerġija u d-demm, u emozzjonijiet li jaġitaw lid-demm, fosthom ir-rabja, il-passjoni, u l-imħabba.