![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/6/6d/Divorce_a_Vinculo_-_The_Cotton-Tops.png/640px-Divorce_a_Vinculo_-_The_Cotton-Tops.png&w=640&q=50)
Avukat
professjoni ġuridika li tgħin lill-klijenti fil-qasam ġuridiku u li tirrappreżentahom f'qorti jew f'tribunal / From Wikipedia, the free encyclopedia
Avukat huwa persuna li tipprattika d-dritt b'diversi rwoli bħal pereżempju avukat tad-difiża, avukat tal-akkuża, avukat prokuratur jew prokuratur legali, avukat kanonku, nutar tad-dritt ċivili, avukat konsulent, aġent eżekuttiv legali, jew uffiċjal pubbliku li jħejji, jinterpreta u japplika d-dritt, iżda mhux bħala uffiċjal paralegali jew segretarju eżekuttiv.[1] Ix-xogħol ta' avukat jinvolvi l-applikazzjoni prattika ta' teoriji ġuridiċi u għarfien ġuridiku astratti biex jiġu solvuti problemi speċifiċi individwalizzati, jew biex javvanza l-interessi ta' dawk li jqabbdu lill-avukat jaħdem għalihom biex iwettaq servizzi ġuridiċi. Ir-rwol tal-avukat ivarja ħafna bejn il-ġurisdizzjonijiet legali differenti.[2][3]
![Thumb image](http://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/6/6d/Divorce_a_Vinculo_-_The_Cotton-Tops.png/640px-Divorce_a_Vinculo_-_The_Cotton-Tops.png)