xjenzat Franċiż (1802-1857) From Wikipedia, the free encyclopedia
Alcide Charles Victor Marie Dessalines d'Orbigny (twieled fis-6 ta’ Settembru 1802 – miet fit-30 ta’ Ġunju 1857) kien naturalista Franċiż li għamel kontributi maġġuri f’ħafna oqsma, fosthom iż-żooloġija (inkluż il-malakoloġija), il-paleontoloġija, il-ġeoloġija, l-arkeoloġija u l-antropoloġija.
Alcide d'Orbigny | |||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|
1853 - 1857 ← no value - Adolphe d'Archiac (en) →
1844 -
1843 - 1843 ← Louis Cordier (en) - Adolphe d'Archiac (en) → | |||||||
Ħajja | |||||||
Isem propju | Alcide Charles Victor Marie Dessalines d'Orbigny | ||||||
Twelid | Couëron, 6 Settembru 1802 | ||||||
Nazzjonalità | Franza | ||||||
Mewt | Pierrefitte-sur-Seine (en) , 30 Ġunju 1857 | ||||||
Post tad-dfin | Cimetière communal de Pierrefitte-sur-Seine (en) | ||||||
Familja | |||||||
Missier | Charles Marie d'Orbigny | ||||||
Ulied | |||||||
Aħwa | |||||||
Tribù | Dessalines d'Orbigny (en) | ||||||
Edukazzjoni | |||||||
Lingwi | Franċiż | ||||||
Studenti | |||||||
Okkupazzjoni | |||||||
Okkupazzjoni |
botaniku ġeologu esploratur paleontologu entomologu żoologu biologu arkeologu ornitologu malakologu naturalista | ||||||
Impjegaturi | Muséum national d'histoire naturelle (en) | ||||||
Premjijiet |
List
| ||||||
Sħubija |
Société linnéenne de Normandie (en) Académie des belles-lettres, sciences et arts de La Rochelle (en) Akkademja tax-Xjenzi ta’ Torino Société géologique de France (en) |
D'Orbigny twieled f’Couëron (Loire-Atlantique), u kien iben tabib ta’ vapur u naturalista dilettant. Il-familja marret toqgħod La Rochelle fl-1820, fejn żviluppa l-interess tiegħu fl-istorja naturali hu u jistudja l-fawna tal-baħar u speċjalment il-ħlejjaq mikroskopiċi li huwa sejjaħ “foraminiferani”.
F’Pariġi huwa sar dixxiplu tal-ġeologu Pierre Louis Antoine Cordier (1777-1861) u ta’ Georges Cuvier. Tul ħajtu kollha, huwa segwa t-teorija ta’ Cuvier u kien kontra l-Lamarckiżmu.
D'Orbigny ivvjaġġa fuq missjoni fl-Amerka t’Isfel għall-Mużew ta’ Pariġi bejn l-1826 u l-1833. Huwa żar il-Venezwela, il-Kolombja, l-Ekwador, il-Perù, il-Bolivja, iċ-Ċilì, l-Arġentina, il-Paragwaj, u l-Brażil, u rritorna Franza b’kollezzjoni enormi ta’ iktar minn 10,000 eżemplar tal-istorja naturali. Huwa ddeskriva parti mis-sejbiet tiegħu f’La Relation du Voyage dans l'Amérique Méridionale pendant les annés 1826 à 1833 (Pariġi, 1824-1847, f’90 faxxiklu). L-eżemplari l-oħra ġew deskritti minn żoologi oħra fil-mużew.
Il-kontemporanju tiegħu, Charles Darwin, wasal fl-Amerka t’Isfel fl-1832, u malli sema’ li kien wasal xi ħadd qablu, gerger li d'Orbigny x’aktarx li kien ġabar “l-aqwa affarijiet li kien hemm x’tiġbor”.[1] Iktar ’il quddiem Darwin sostna li l-vjaġġ ta’ d'Orbigny kien “xogħol tassew importanti”.[2] It-tnejn kellhom korrispondenza flimkien u d'Orbigny iddeskriva wħud mill-eżemplari ta’ Darwin.
Huwa ngħata l-Medalja tad-Deheb tas-Société de Géographie ta’ Pariġi fl-1834.[3] Il-pantodont tal-Paleoċen tal-Amerka t’Isfel Alcidedorbignya ngħata ismu.[4]
Fl-1840 d'Orbigny beda d-deskrizzjoni metodika ta’ fossili Franċiżi u ppubblika La Paléontologie Française (tmien volumi). Fl-1849 huwa ppubblika l-Prodrome de Paléontologie Stratigraphique b’rabta mill-qrib, maħsub bħala “Prefazju għall-Paleontoloġija Stratigrafika”, li fih iddeskriva kważi 18,000 speċi, u b’paraguni bijostratigrafiċi fi stadji ġeoloġiċi, b’definizzjonijiet li jserrħu fuq l-istratotipi tagħhom.
Fl-1853 huwa sar professur tal-paleontoloġija fil-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali ta’ Pariġi, u ppubblika l-Cours élémentaire tiegħu li rabat il-paleontoloġija maż-żooloġija, bħala xjenza indipendenti mill-użu tagħha fl-istratigrafija.[5] Il-presidenza tal-paleontoloġija nħolqot speċjalment fl-unur tiegħu. Il-kollezzjoni ta’ d'Orbigny fis-Sala d'Orbigny u spiss iżuruha l-esperti.[6]
Huwa ddeskriva l-kronoloġiji ġeoloġiċi u ddefinixxa diversi strati ġeoloġiċi, li għadhom jintużaw illum bħala referenza kronostratigrafika bħall-istrat Toarċjan, Kallovjan, Oxfordjan, Kimmeriġjan, Aptjan, Albjan u Ċenomanjan. Huwa miet fir-raħal żgħir ta’ Pierrefitte-sur-Seine, qrib Pariġi.
D'Orbigny, dixxiplu ta’ Georges Cuvier, kien iħaddan b’mod notevoli l-katastrofiżmu.[7]
Huwa rrikonoxxa sebgħa u għoxrin katastrofi mill-fossili.[8] Dan sar magħruf bħala “ħsieb ta’ kreazzjonijiet suċċessivi”.[8][9] Huwa pprova jirrikonċilja l-fossili mal-ġrajja tal-ħolqien tal-Ġenesi fil-Bibbja. Kemm il-ġeologi uniformitarjani kif ukoll it-teologi rrifjutaw l-idea ta’ kreazzjonijiet suċċessivi.[10]
Il-paleontologu Carroll Lane Fenton innota li l-idea ta’ d'Orbigny ta’ sebgħa u għoxrin kreazzjoni dinjija kienet “assurda”, saħansitra għall-kreazzjonisti.[11] L. Sprague de Camp kiteb li “Alcide d'Orbigny wassal l-idea għall-assurdità. Billi daħal fis-sopranaturali, d'Orbigny argumenta li f’sebgħa u għoxrin okkażjoni separata, Alla qered il-ħlejqiet kollha fid-Dinja u reġa’ beda mill-ġdid bi kreazzjoni ġdida għalkollox”.[12]
Diversi unitajiet tassonomiċi żooloġiċi u botaniċi ssemmew għalih, inkluż il-ġeneri u l-ispeċijiet li ġejjin:
Fil-lista ta’ hawn fuq, l-awtur jew l-awtorità tal-unità tassonomika fil-parentesi jindikaw li l-ispeċi ġiet deskritta oriġinarjament f’ġeneru li fih attwalment hija assenjata l-ispeċi.
L-abbrevjazzjoni standard tal-awtur A.D.Orb. tintuża biex tindika din il-persuna bħala l-awtur meta jiġi kkwotat isem botaniku.[17]
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.