![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/0/0f/Alcal%25C3%25A1_de_Henares_-_50913617211.jpg/640px-Alcal%25C3%25A1_de_Henares_-_50913617211.jpg&w=640&q=50)
Alcalá de Henares
belt ta' Spanja fiż-żona metropolitana ta' Madrid / From Wikipedia, the free encyclopedia
Alcalá de Henares (pronunzja bl-Ispanjol: [alkaˈla ðe eˈnaɾes]) hija belt Spanjola fil-Komunità ta' Madrid. Tul ix-xmara Henares, il-belt tinsab 35 kilometru (22 mil) fil-Grigal taċ-ċentru ta' Madrid. Skont iċ-ċensiment tal-2018[1], il-belt għandha popolazzjoni ta' 193,751 ruħ, u b'hekk hija t-tielet l-iktar municipalitàm popolata fir-reġjun.
Alcalá de Henares | |||
---|---|---|---|
![]() | |||
![]() | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Spanja | ||
Autonomous community of Spain | Komunità ta' Madrid | ||
Kap tal-Gvern |
Judit Piquet Flores (en) ![]() | ||
Isem uffiċjali | Alcalá de Henares | ||
Ismijiet oriġinali | Alcalá de Henares | ||
Kodiċi postali |
E 28800-28807 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 40.481815°N 3.364305°W / 40.481815; -3.364305 | ||
![]() | |||
Superfiċjenti | 88 kilometru kwadru | ||
Għoli | 588 m | ||
Fruntieri ma' |
Anchuelo (en) ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 199,184 abitanti (2023) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Kodiċi tat-telefon |
91 | ||
Żona tal-Ħin | UTC+1u UTC+2 | ||
bliet ġemellati |
Alba Iulia (en) ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() ![]() | ||
ayto-alcaladehenares.es |
Qabilha kien hemm insedjamenti iktar bikrin (oppida) fuq ix-xatt tax-xellug tax-xmara Henares. Il-belt oriġinat bl-insedjament ta' Complutum stabbilit fi Żmien ir-Rumani fuq ix-xatt tal-lemin (it-Tramuntana) tax-xmara, li sar veskovat fis-seklu 5. Waħda mid-diversi ċittadelli Musulmani f'al-Andalus (għalhekk issemmiet Alcalá, li huwa isem li oriġina mit-terminu Għarbi għal "ċittadella") ġiet stabbilita fuq ix-xatt tax-xellug, filwaqt li, wara l-qofol tal-ħakma Kristjana għall-ħabta tal-1118, il-biċċa l-kbira tan-nukleu urban irritorna fix-xatt tal-lemin. Għall-biċċa l-kbira tal-aħħar tal-Medju Evu u l-bidu tal-perjodu modern qabel ma saret parti mill-provinċja ta' Madrid, Alcalá de Henares kienet proprjetà sinjorili tal-arċisqfijiet ta' Toledo.
Iċ-ċentru storiku u l-università tal-belt huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[2]
Il-belt għandha tradizzjoni universitarja twila. Francisco Jiménez de Cisneros stabbilixxa l-Università Complutense f'Alcalá de Henares fl-aħħar tas-seklu 15. Il-belt attwalment tospita l-Università (stabbilita mill-ġdid) ta' Alcalá. Hija l-belt fejn twieled Miguel de Cervantes.