Ajruport ta' Istanbul
From Wikipedia, the free encyclopedia
Ajruport ta' Istanbul (IATA: IST, ICAO: LTFM) (Tork: İstanbul Havalimanı) [1] huwa l-ajruport internazzjonali ewlieni li jservi lil Istanbul, it-Turkija. Huwa jinstab fid-distrett ta' Arnavutköy fuq in-naħa Ewropea tal-belt.
It-titjiriet kummerċjali kollha skedati tal-passiġġieri ġew trasferiti mill-Ajruport ta’ Istanbul Atatürk għall dak ta' l-Ajruport ta’ Istanbul fis-6 ta’ April, 2019 . Wara dan, l-Ajruport ta’ Istanbul Atatürk gie magħluq għal titjiriet skedati tal-passiġġieri. [2] Il-kodiċi tal-ajruport IATA IST ġie wkoll trasferit lejn l-ajruport il-ġdid. [3] Ladarba l-fażijiet kollha jitlestew sa nofs l-2020, l-ajruport ikun jista' jakkomoda 200 miljun passiġġier fis-sena. [4]