Ġlormu
qaddis nisrani u duttur tal-knisja / From Wikipedia, the free encyclopedia
San Ġlormu (347-430) kien saċerdot Nisrani u wieħed mis-Santi Padri, imsejħin Apoloġisti. Magħruf l-aktar għat-traduzzjoni tal-Bibbja għal-Latin imsejħa il-Vulgata.
Quick Facts San Ġlormu, Twelid ...
San Ġlormu | |
---|---|
San Ġlormu fl-istudju, ta' Filippino Lippi. | |
Twelid |
347 Stridon (forsi Strido Dalmatiae, fuq il-fruntiera bejn id-Dalmazja u Pannonja |
Mewt |
420 Betlem, Ġudea |
L-ikbar santwarju | Bażilika ta' Santa Maria Maggiore, Ruma |
Festa | 30 ta' Diċembru |
Attributi | Kurċifiss, kappell ta' Kardinal, iljun, ras ta' mewt |
Patrun/a | arkeoloġi, bibljotekarji, tradutturi u studjużi in ġenerali |
Close
Bin Ewsebju, Nisrani konvint, Ġlormu twieled fil-belt żgħira mdawra bis-swar ta' Stridonja, bejn id-Dalmazja u l-Pannonja, forsi ħdejn Ljubljana tal-lum.[1][2][3] Meta kellu madwar 29 sena, il-Goti qerdu l-belt ta' Stridonja. Huwa rnexxielu jagħmel kemm ħbieb kif ukoll għedewwa fil-bliet tal-qrib ta' Akwilea u Konkordja. Ħuh Pawlinjanu u oħtu, it-tnejn iżgħar minnu, qabdu bħalu l-ħajja monastika. Missieru Ewsebju kien Nisrani ta' tjieba kbira.[4][5]