Ġermanja
pajjiż fl-Ewropa Ċentrali / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Ġermanja ( ˈdʒɜrməni (għajnuna·info); Ġermaniż: Deutschland), uffiċjalment ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Ġermaniż: Bundesrepublik Deutschland),[4] repubblika kostituzzjonali federali fl-Ewropa tal-punent-ċentrali. Il-pajjiż jikkonsisti f'16-il stat, u l-belt kapitali u l-akbar belt hija Berlin (3,821,881 abitant). Il-Ġermanja tkopri erja ta' 357,021 kilometru kwadru (137,847 mi kw) u għandha klima moderata staġjonali ħafna. Bi 80.3 miljun abitant, hija l-istat membru l-aktar popolat fl-Unjoni Ewropea. Il-Ġermanja hija l-qawwa kbira fl-ekonomika u l-politika tal-kontinent Ewropew u mexxej storiku f'ħafna oqsma teoretiċi u tekniċi.
Repubblika Federali tal-Ġermanja Bundesrepublik Deutschland |
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Mottu: "Einigkeit und Recht und Freiheit" Unità u Ġustizzja u Libertà |
||||||
Innu nazzjonali: |
||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Berlin 52°31′N 13°23′E | |||||
Lingwi uffiċjali | Ġermaniż | |||||
Gvern | Repubblika kostituzzjonali Federali parlamentari | |||||
- | President | Frank-Walter Steinmeier | ||||
- | Kanċillier | Olaf Scholz | ||||
- | President tal-Bundestag | Wolfgang Schäuble | ||||
- | President tal-Bundesrat | Michael Müller | ||||
Formazzjoni | ||||||
- | Imperu Ruman Imqaddes | 2 ta' Frar 962 | ||||
- | Unifikazzjoni | 18 ta' Jannar 1871 | ||||
- | Repubblika Federali | 23 ta' Mejju 1949 | ||||
- | Riunifikazzjoni | 3 ta' Ottubru 1990 | ||||
Sħubija fl-UE | 25 ta' Marzu 1957 | |||||
Erja | ||||||
- | Total | 357,021 km2 (63) 137,847 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | 2.416 | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | stima tal-2012 | 80,219,695[1] (16) | ||||
- | ċensiment tal-2011 | 80,399,30 | ||||
- | Densità | 225/km2 (58) 583/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $3.197 triljun[2] (5) | ||||
- | Per capita | $39,028[2] (17) | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $3.401 triljun[2] (4) | ||||
- | Per capita | $41,513[2] (22) | ||||
IŻU (2013) | 0.816[3] (għoli ħafna) (43) | |||||
Valuta | Ewro (€) (EUR ) |
|||||
Żona tal-ħin | CET (UTC+1) | |||||
Kodiċi telefoniku | +49 | |||||
TLD tal-internet | .de |
Il-pajjiż imiss ma' Franza, l-Żvizzera u l-Awstrija fin-nofsinhar; il-Belġju, l-Pajjiżi l-Baxxi u l-Lussemburgu lejn il-punent; Id-Danimarka fit-tramuntana u l-Polonja u r-Repubblika Ċeka fil-lvant.
Total tal-fruntieri tal-Ġermanja: 3,694 km, pajjiżi tal-fruntiera (9): Awstrija 801 km; il-Belġju 133 km; Ċekja 704 km; Id-Danimarka 140 km; Franza 418 km; Lussemburgu 128 km; Olanda 575 km; Polonja 447 km; Isvizzera 348 km.