artist u skultur Franċiż From Wikipedia, the free encyclopedia
Jean Antoine Houdon ([ʒɑ̃n‿ɑ̃twan udɔ̃]; twieled fil-25 ta’ Marzu 1741 – miet fil-15 ta’ Lulju 1828) kien skultur Neo-Klassiku Franċiż.
Jean Antoine Houdon | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Versailles, 20 Marzu 1741 |
Nazzjonalità | Franza |
Mewt | Pariġi, 15 Lulju 1828 |
Post tad-dfin | Ċimiterju ta' Montparnasse |
Familja | |
Konjuga/i | Marie-Ange-Cécile Langlois (1 Lulju 1786 - |
Ulied | |
Familja |
uri
|
Edukazzjoni | |
Alma mater | Akkademja Rjali tal-Pittura u tal-Iskultura |
Lingwi | Franċiż |
Studenti | |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
skultur medaljist artist viżiv |
Post tax-xogħol |
Ruma Pariġi |
Xogħlijiet importanti |
George Washington (en) Q106604178 Q106462411 Winter (en) |
Premjijiet | |
Sħubija |
Académie des beaux-arts (en) Akkademja Rjali tal-Pittura u tal-Iskultura |
Moviment artistiku | ritratt |
Houdon huwa famuż għall-busti u għall-istatwi tiegħu ta’ filosfi, inventuri u figuri politiċi tal-Illuminiżmu. Fost is-suġġetti ta’ Houdon kien hemm Denis Diderot (1771), Benjamin Franklin (1778-1809), Jean-Jacques Rousseau (1778), Voltaire (1781), Molière (1781), George Washington (1785–1788), Thomas Jefferson (1789), Louis XVI (1790), Robert Fulton, (1803–04), u Napuljun Bonaparte (1806).
Houdon twieled f’Versailles fil-25 ta6 Marzu 1741. Fl-1752, huwa daħal fl-Académie royale de peinture et de sculpture fejn studja ma’ René-Michel Slodtz, Jean-Baptiste Lemoyne, u Jean-Baptiste Pigalle.[1] Mill-1761 sal-1764, huwa studja fl-École royale des élèves protégés.[2]
Houdon rebaħ il-Prix de Rome fl-1761, iżda ma kienx wisq influwenzat mill-arti antika u Rinaxximentali f’Ruma. Fis-soġġorn tiegħu fil-belt wettaq żewġ produzzjonijiet karatteristiċi u importanti: l-écorché (1767)[3], mudell anatomiku li serva bħala gwida għall-artisti kollha ta’ warajh, u l-istatwa ta’ San Bruno fil-Knisja ta’ Santa Marija tal-Anġli u tal-Martri f’Ruma. Wara soġġorna ta’ għaxar snin fl-Italja, Houdon irritorna f’Pariġi.
Huwa ppreżenta Morpheus lis-Salon tal-1771 u żviluppa l-prattika tiegħu tal-ħolqien ta’ busti.[4] Huwa sar membru tal-Académie de peinture et de sculpture fl-1771, u professur fil-1778. Fl-1778, huwa mmudella lil Voltaire u pproduċa bust b’parrokka għall-Comédie-Française; wieħed għall-Palazz ta’ Versailles, u ieħor għal Katerina l-Kbira.[5]
Fl-1778, huwa ssieħeb mal-loġġa tal-mażuni ta’ Les Neuf Sœurs, fejn iktar ’il quddiem iltaqa’ ma’ Benjamin Franklin u ma’ John Paul Jones.[6] Għas-Salon tal-1781, huwa ppreżenta Diana għerwiena li ġiet irrifjutata.[1]
L-iskultura tiegħu ta’ George Washington kienet ir-riżultat ta’ stedina speċifika minn Benjamin Franklin biex jaqsam l-Oċean Atlantiku fl-1785, speċifikament biex iżur Mount Vernon, sabiex Washington seta’ jimmudellalu. Washington immudella għal mudelli bit-tafal imxarrab u għal maskra tal-ġibs. Dawn il-mudelli servew għal bosta kummissjonijiet ta’ Washington, fosthom il-figura bilwieqfa kkummissjonata mill-Assemblea Ġenerali ta’ Virginia għall-Virginia State Capitol f’Richmond.[1] Bosta varjazzjonijiet tal-bust ta’ Washington ġew prodotti, b’ħarsiet u pożi differenti ta’ ġeneral bl-uniformi, b’mod klassiku li jenfasizza l-muskolatura ta’ sidru, u bħala l-Konslu Ruman Lucius Quinctius Cincinnatus imgeżwer f’toga. Forma ta’ dan tal-aħħar tinsab fil-Vermont State House.
Fis-snin 80 tas-seklu 18, Houdon ipproduċa żewġ skulturi nofshom għerwenin, Xitwa u Għawwiem.[7]
Huwa kien jiġi pperċepit bħala wieħed tal-borgeżija minħabba l-konnessjonijiet tiegħu ma’ djul Louis XVI, u għalhekk matul ir-Rivoluzzjoni Franċiża ssogra, għalkemm qatt ma ntefa’ l-ħabs għax laħaq ħarab. Houdon reġa’ ħa r-ruħ matul il-Konsolat u l-Imperu Franċiż, u ntgħażel bħala wieħed mit-tim artistiku oriġinali ta’ dak li mbagħad sar il-Kolonna tal-Grande Armée f’Wimille. Huwa sar Kavallier tal-Leġjun tal-Unur fis-17 ta’ Diċembru 1804.[8]
Houdon miet f’Pariġi fil-15 ta’ Lulju 1828[1] u ġie midfun fiċ-Ċimiterju ta’ Montparnasse.[9]
Fl-1 ta’ Lulju 1786, huwa żżewweġ lil Marie-Ange-Cecile Langlois[10] u flimkien kellhom tlett ibniet: Sabine, Anne-Ange, u Claudine.[11]
L-iskulturi ta’ Houdon intużaw bħala mudelli għall-inċiżjonijiet li ntużaw fuq diversi bolol tal-Istati Uniti tal-aħħar tas-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20 fejn jidher il-profil ta’ George Washington.[12]
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.