Hans Memling
pittur Ġermaniż / Fjamming tas-seklu 15 / From Wikipedia, the free encyclopedia
Hans Memling (spellut Memlinc ukoll; twieled għall-ħabta tal-1430 – miet fil-11 ta' Awwissu 1494) kien pittur attiv fil-Fjandri, li ħadem skont it-tradizzjoni tal-pittura bikrija tan-Netherlands. Huwa twieled fir-reġjun tal-Main Nofsani u x'aktarx li qatta' tfulitu f'Mainz, il-Ġermanja. Huwa ttrasferixxa ruħu fin-Netherlands u qatta' xi żmien fl-istudjo ta' Rogier van der Weyden fi Brussell, il-Belġju. Sussegwentement għamluh ċittadin ta' Bruges fl-1465, fejn sar wieħed mill-artisti ewlenin, u kellu studjo kbir, fejn tpittru xogħlijiet reliġjużi li sikwit kienu jinkorporaw ritratti tal-patruni għonja tiegħu. Il-patruni ta' Memling kienu jinkludu bankiera, merkanti, politiċi, membri tal-kleru u aristokratiċi.[1]
Hans Memling | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Seligenstadtu Mainz, c. 1435, 1433 |
Nazzjonalità |
Nofsinhar tan-Netherlands Ġermanja |
Mewt | Bruges, 11 Awwissu 1494 |
Post tad-dfin | Sint-Gilliskerk Brugge (en) |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Ġermaniż |
Għalliema | Rogier van der Weyden |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
pittur artist |
Post tax-xogħol |
Köln Brussell Bruges |
Xogħlijiet importanti |
St John Altarpiece (en) Qerda tal-innoċenti L-Aħħar Ġudizzju Trittiku ta' Greverade Dittiku ta' Maarten Nieuwenhove Dittiku ta' Bembo Tommaso di Folco Portinari (1428–1501); Maria Portinari (Maria Maddalena Baroncelli, born 1456) (en) Master of the Prado Adoration of the Magi (en) Ritratt ta' Raġel Ritratt ta' Raġel Xiħ Ritratt ta' raġel tal-familja Lespinette Ritratt ta' Mara Xiħa The Canon Gilles Joye (en) Ritratt ta' Jacob Obrecht Portrait of a Man in a Red Hat (en) Dittiku ta' żewġ donaturi Dittiku ta' koppja anzjana Christ with singing and music-making Angels (en) Xeni mill-Passjoni ta' Kristu Triptych of the Rest on the Flight into Egypt (en) Trittiku ta' Jan Crabbe Trittiku tal-Adorazzjoni tal-Maġi Trittiku ta' Donne Moreel Triptych (en) Virgin and Child with St Anthony the Abbot and a Donor (en) Madonna ta' Jacob Floreins |
Moviment | pittura bikrija tan-Netherlands |
Ir-ritratti ta' Memling kienu msejsa fuq l-istili li tgħallem meta kien żagħżugħ. Huwa kiseb suċċess kbir, u fl-1480 ġie elenkat fost l-iżjed ċittadini għonja f'lista tat-taxxi tal-belt.
Huwa żżewweġ lil Anna de Valkenaere f'xi żmien bejn l-1470 u l-1480, u flimkien kellhom tlett itfal. L-arti ta' Memling ġiet skoperta mill-ġdid fis-seklu 19, u reġgħet kisbet popolarità kbira.