Darkroom
kamra mudlama użata għall-izviluppar tal-fotografiija u film / From Wikipedia, the free encyclopedia
Id-darkroom hija kamra mudlama li tintuża għall-ipproċessar ta' film fotografiku, biex isiru stampi u jitwettqu aspettii oħra assoċjati magħhom. Hija kamra li tista' tiddallam kompletament biex tippermetti l-ipproċessar ta' materjali fotografiċi sensittivi għad-dawl, inklużi film u karta fotografika. Fost it-tagħmir jintuża fid-darkroom insbibu l-enlarger (apparat li jkabbar), friskaturi għall-kimiċi, u ilma ġieri.
It-terminu "darkroom" huwa użat komunament fil-Malti u m'hemmx kelma jew terminu differenti li huwa użat għal din it-tip ta' kamra. Fid-dizzjunarju ta' Ġużè Aquilina, flok kelma bl-Malti għal darkroom, insibu: "kamra fejn jiġu esklużi r-raġġi attiniċi sabiex jiġu żviluppati ritratti, films, eċċ."[1]
Id-darkroom ilha tintuża sa mill-invenzjoni tal-fotografija fil-bidu tas-seklu 19. Hemm diversi tipi ta' spazji li jissejħu darkroom, mill-ispazju elaborat użat mill-fotografu Amerikan Ansel Adams [2] għal vagun tal-ambulanza addatat għall-użu ta' Timothy H. O'Sullivan waqt il-gwerra ċivili fl-Istati Uniti.[3] Mill-iżvilupp inizjali tal-film sal-ħolqien tar-ritratti stampati, il-proċess tal-kamra mudlama jippermetti kontroll sħiħ fuq il-mezz ta' riproduzzjoni.
Minħabba l-popolarità tal-fotografija bil-kulur u l-kumplessità tal-ipproċessar tal-film bil-kulur u l-istampar ta' ritratti bil-kulur kif ukoll bl-introduzzjoni tat-teknoloġija tal-fotografija instantanja u aktar tard fotografija diġitali, l-użu tad-darkroom naqas sew fil-popolarità sal-bidu tas-seklu 21. Xorta waħda għadek issibhom f'ċertu skejjel, speċjalment universitajiet, u fl-istudjos ta' fotografi professjonali.
Użu ieħor għad-darkroom jinkludi l-ittestjar mhux distruttiv, bħall- ispezzjoni tal-partiċelli manjetiċi.