santwarju tal-għasafar f'Bhaktapur, ir-Rajasthan, l-Indja From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Park Nazzjonali ta' Keoladeo jew il-Park Nazzjonali ta' Keoladeo Ghana (li qabel kien magħruf bħala s-Santwarju tal-Għasafar ta' Bharatpur Bird Sanctuary) huwa santwarju famuż tal-għasafar u l-fawna f'Bharatpur, ir-Rajasthan, l-Indja, li jospita eluf ta' għasafar, speċjalment fl-istaġun tax-xitwa. Iktar minn 350 speċi ta' għasafar huma residenti. Huwa wkoll ċentru turistiku ewlieni b'għexieren ta' ornitologi li jżuru l-park fl-istaġun tal-ibernazzjoni. Ġie ddikjarat bħala santwarju protett fl-1971 u ġie stabbilit bħala park nazzjonali fl-10 ta' Marzu 1982. Huwa wkoll Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1][2]
Il-Park Nazzjonali ta' Keoladeo Ghana huwa art mistagħdra magħmula u ġestita mill-bniedem u huwa wieħed mill-parks nazzjonali tal-Indja. Ir-riżerva tipproteġi lil Bharatpur minn għargħar frekwenti, tipprovdi post għar-ragħa tal-bhejjem tal-ifrat tal-villaġġ, u fl-imgħoddi kienet tintuża primarjament bħala post għall-kaċċa tal-għasafar tal-ilma. Ir-riżerva ta' 29 km2 (11-il mil kwadru) lokalment hija magħrufa bħala Ghana, u hija mużajk ta' bwar nexfin tal-ħaxix, boskijiet, imraġ u artijiet mistagħdra. Dawn il-ħabitats diversi jospitaw 366 speċi ta' għasafar, 379 speċi ta' fjuri, 50 speċi ta' ħut, 13-il speċi ta' sriep, 5 speċijiet ta' gremxul, 7 speċijiet ta' anfibji, 7 speċijiet ta' fkieren tal-ilma u varjetà ta' invertebrati oħra.[3]
Is-santwarju nħoloq 250 sena ilu u ngħata isem it-tempju ta' Keoladeo (Shiva) fil-konfini tiegħu. Inizjalment, kien art baxxa naturali; u ġie mgħerreq bl-ilma wara l-kostruzzjoni tal-Ajan Bund mill-Maharaja Suraj Mal, li dak iż-żmien kien il-mexxej tal-istat ta' Bharatpur, bejn l-1726 u l-1763. Il-bund inħoloq fejn jiltaqgħu żewġ xmajjar: Gambhir u Banganga. Il-park kien jintuża għall-kaċċa mill-Maharajas ta' Bharatpur, tradizzjoni li tmur lura għall-1850, u kull sena kienu jiġu organizzati avvenimenti tal-isparar tal-papri f'ġieħ il-Viċirejiet Brittaniċi. F'avveniment wieħed waħdu fl-1938, inqatlu iktar minn 4,273 għasfur bħal kuluverti u sarselli minn Lord Linlithgow, li dak iż-żmien kien il-Viċirè tal-Indja.
Il-park ġie stabbilit bħala park nazzjonali fl-10 ta' Marzu 1982. Iż-żona ġiet iddeżinjata bħala santwarju tal-għasafar fit-13 ta' Marzu 1976 u bħala sit tar-Ramsar skont il-Konvenzjoni tal-Artijiet Mistagħdra f'Ottubru 1981.[4]
L-aħħar avveniment kbir tal-isparar sar fl-1964 iżda l-Maharajah baqa' jkollu drittijiet tal-isparar sal-1972. Fl-1985, il-park ġie ddikjarat Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO skont il-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-park huwa wkoll foresta ta' riżerva skont l-Att dwar il-Foresti tar-Rajasthan tal-1953 u għaldaqstant huwa proprjetà tal-Istat ta' Rajasthan, l-Indja. Fl-1982, ir-ragħa ġiet ipprojbita fil-park, u dan wassal għal protesti vjolenti mill-bdiewa lokali kontra l-gvern.
Il-Park Nazzjonali ta' Keoladeo ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1985.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (x) "Post fejn hemm l-iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall-konservazzjoni fil-post tad-diversità bijoloġika, inkluż fejn hemm speċijiet mhedda ta' valur universali straordinarju mill-perspettiva tax-xjenza jew tal-konservazzjoni".[1]
Il-Park Nazzjonali ta' Keoladeo jinsab 2 km (1.2 mil) fix-Xlokk ta' Bharatpur u 55 km (34 mil) fil-Punent ta' Agra. Huwa mifrux fuq madwar 29 km2 (11-il mil kwadru). Terz tal-Park Nazzjonali ta' Keoladeo huwa art mistagħdra b'tumbati, digi, u ilmijiet fil-beraħ bi pjanti taħt l-ilma u fuq wiċċ l-ilma. L-artijiet 'il fuq huma bwar tal-ħaxix bi speċijiet ta' ħaxix twil flimkien ma' siġar u arbuxelli mifruxa u preżenti b'densità li tvarja. Ħabitat simili b'ħaxix qasir, bħal Cynodon dactylon u Dichanthium annulatum, jeżisti wkoll. L-artijiet bil-boskijiet b'siġar enormi ta' Kadam (Neolamarckia cadamba) huma mifruxa f'irqajja' sparsi. Il-flora tal-park tikkonsisti minn 379 speċi ta' pjanti li jarmu l-fjuri, li minnhom 96 huma speċijiet tal-artijiet mistagħdra. L-artijiet mistagħdra huma parti mill-Pjanuri l-Kbar tal-Ganges fl-Indja.
L-ilma jinsab f'xi partijiet biss. L-alternanza tat-tixrib u tat-tnixxif tgħin fiż-żamma tal-ekoloġija tal-imraġ tal-ilma ħelu, ideali għall-fawna tal-ilma u għall-għasafar tal-ilma residenti. Jeżisti wkoll arranġament ta' tubi għall-ippumpjar tal-ilma minn bjar fondi sabiex jimtlew xi postijiet żgħar ħalli jiġu salvati ż-żrieragħ, l-ispori u ħlejqiet akkwatiċi oħra. Dan jgħin ukoll fis-snin meta jkun hemm nixfa estrema.
Matul l-1988, it-temperatura massima medja kienet tvarja bejn 20.9 °C (69.6 °F) f'Jannar u 47.8 °C (118.0 °F) f'Mejju, filwaqt li t-temperatura medja kienet tvarja bejn 6.8 °C (44.2 °F) f'Diċembru u 26.5 °C (79.7 °F) f'Ġunju. Il-varjazzjoni fit-temperatura binhar kienet tvarja bejn 5 °C (41 °F) f'Jannar u 50 °C (122 °F) f'Mejju. L-umdità relattiva medja kienet tvarja mit-62 % f'Marzu u 83.3 % f'Diċembru. Il-preċipitazzjoni annwali medja hija ta' 662 mm (26.1 pulzier), u x-xita niżlet b'medja ta' 36 jum fis-sena. Fl-1988, 395 mm (15.6-il pulzier) ta' xita niżlu matul 32 jum.
F'żona kkaratterizzata minn veġetazzjoni sparsa, il-park huwa l-unika post fejn hemm veġetazzjoni densa u bosta siġar. It-tipi prinċipali ta' veġetazzjoni huma foresti ħorfija niexfa tropikali mħallta ma' bwar niexfa tal-ħaxix. Fejn il-foresta ġiet iddegradata, il-parti l-kbira taż-żona hija miksija b'arbuxelli u b'siġar ta' daqs medju. Il-park fih marġ tal-ilma ħelu u jimtela bl-ilma mill-għargħar matul l-istaġun tal-monsoons. Il-bqija tal-park jibqa' niexef. Il-foresti, li jinsabu l-iktar fix-Xlokk tal-park, huma dominati bil-kalam jew il-kadam (Mitragyna parvifolia), il-jamun (Syzygium cumini) u l-babul (Acacia nilotica). Il-boskijiet fil-beraħ fil-biċċa l-kbira huma magħmula minn babul, b'ammont żgħir ta' kandi (Prosopis cineraria) u ber (Zizyphus).
X'aktarx li mingħajr iż-żieda tal-ilma mill-Ajan Bund, is-sit ma jkunx jista' jsostni daqshekk annimali tal-ilma. Il-ħamrija hija alluvjali b'mod predominanti, u xi trab tafli fforma bħala riżultat tal-għargħar perjodiku.
Il-boskijiet fil-beraħ huma l-iktar babul b'ammont żgħir ta' kandi u ber. L-artijiet bl-arbuxelli huma dominati minn ber u karira (Capparis decidua).
Il-piloo (Salvadora oleoides u Salvadora persica) huma preżenti wkoll fil-park u prattikament huma pjanti tal-injam li jinsabu f'żoni ta' ħamrija b'kontenut ta' melħ. Il-veġetazzjoni akkwatika hija rikka u tipprovdi sors tal-ikel siewi għall-annimali li jgħixu qrib l-ilma.
Fl-2007 u fl-2008 saru tentattivi biex jinqered il-Prosopis juliflora u eżemplari tal-ġeneru Cineraria sabiex jiġi evitat li l-park jiġi mifni minn din l-ispeċi invażiva u sabiex il-veġetazzjoni naturali tiġi megħjuna tirkupra.
Makroinvertebrati bħal dud, insetti u molluski, għalkemm huma iktar abbundanti bħala varjetà u numri minn kwalunkwe grupp ieħor ta' organiżmi, huma preżenti l-iktar fil-ħabitats akkwatiċi. Dawn huma sors tal-ikel għal bosta ħut u għasafar, kif ukoll għal xi speċijiet ta' annimali, u b'hekk, jikkostitwixxu ħolqa maġġuri fil-katina tal-ikel u fil-funzjonament tal-ekosistema. Hemm abbundanza ta' insetti tal-art u dawn għandhom effett pożittiv fuq it-tnissil tal-għasafar tal-art.
Il-pożizzjoni tal-park fil-Pjanura tax-xmara Ganges tagħmel lis-sit l-aqwa sit tat-tnissil għall-ispeċijiet ta' għasafar li ġejjin:
Il-park huwa post importanti ta' mistrieħ għax-xitwa għal għadd kbir ta'
L-iżjed għasafar tal-ilma komuni huma dawn li ġejjin:
Il-Park Nazzjonali ta' Keoladeo huwa magħruf bħala "ġenna tal-għasafar", peress li ġew irreġistrati iktar minn 370 speċi ta' għasafar fil-park. Ornitoloġikament, il-park huwa importanti minħabba żewġ aspetti. L-ewwel nett minħabba l-pożizzjoni strateġika tiegħu bħala post ta' mistrieħ għall-għasafar tal-ilma tal-passa li jaslu mis-sottokontinent Indjan qabel ma jinfirxu f'diversi reġjuni oħra. Diversi għasafar tal-ilma jieqfu hawnhekk qabel ma jpassu lejn postijiet tat-tnissil fir-reġjun Paleartiku tal-Punent. Barra minn hekk, l-artijiet mistagħdra huma żona ta' mistrieħ għax-xitwa għal bosta kongregazzjonijiet kbar ta' għasafar tal-ilma. Huwa wkoll l-unika post regolari ta' mistrieħ għax-xitwa fl-Indja għall-ispeċijiet li ġejjin:
Fost l-għasafar preżenti hemm:
Fost l-għasafar tal-priża hemm dawn li ġejjin:
Il-mammiferi tal-Park Nazzjonali ta' Keoladeo huma rikki wkoll u ġew identifikati 27 speċi, fosthom:
Il-fawna tal-ħut tal-park tinkludi 43 speċi, li minnhom 37 speċi jidħlu fil-park mal-ilma mill-Ajan Bund, u sitt speċijiet huma residenti li jitnisslu fil-park. Matul staġun tax-xita tajjeb, il-parkj jirċievi madwar 65 miljun ħuta. ll-popolazzjoni u d-diversità tal-ħut huma ta' importanza ekoloġika kbira peress li huma sors tal-ikel għal ħafna għasafar.
L-erpetofawna tal-Park Nazzjonali ta' Keoladeo għandha diversità kbira wkoll. Mill-għaxar speċijiet ta' fkieren tal-ilma fir-Rajasthan, seba' huma preżenti f'dan il-park. Barra minn hekk, hemm ħames speċijiet ta' gremxul, tlettax-il speċi ta' sriep u seba' speċijiet ta' anfibji. Ir-rospi u ż-żringijiet spiss jintlemħu fl-artijiet mistagħdra. Ħafna drabi jitfaċċa xi pitun li joħroġ mill-moħba tiegħu u jidher jixxemmex f'xi jum bnazzi tax-xitwa. Il-varan, il-porkuspin tal-Indja u l-farfett il-lejl b'żewġ ilwien kemm-il darba jużaw l-istess moħba tal-pituni. Is-sriep velenużi li jgħixu fil-park huma l-krait, il-kobra u l-lifgħa ta' Russell.
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.