Pangolin

From Wikipedia, the free encyclopedia

Pangolin
Remove ads

Pangolin huwa mammiferu insettivoru ta' daqs żgħir u medju mifruxa fir-reġjuni tropikali tal-Afrika u l-Asja. Il-pangolini, jew kif inhuma imsejjħin ukoll bunemmiela tal-qxur u wikkilin in-nemel tal-qxur, għandhom 8 speċi. Dawn qegħdin ikklassifikati kollha kemm huma fil-ġeneru Manis, fis-sottofamilja Maninae, fil-familja Manidae u fl-ordni Pholidota. L-isem "pangolin" ġej minn kelma Malajana "pengguling" li tfisser imkebbeb.

Quick Facts Pangolini, Klassifikazzjoni xjentifika ...

Il-pangolini għandhom ġisimhom miksi bi qxur kbar u iebsin magħmulin minn ħafna strati ta' xagħar. Il-qxur tal-pangolini ż-żgħar ikunu rotob mat-twelid, iżda dawn jibbiesu bil-mod il-mod matul l-iżvilupp. Dawn il-qxur minn barra li jiffurmaw kurazza naturali, għandhom ix-xifer qisu xafra u b'hekk iservu ta' difiża doppja. Il-pangolini meta jħossuhom fil-periklu kapaċi jitkebbu f'forma ta' ballun.

Il-pangolini m'għandhomx snien, iżda minflok għandhom ilsien twil ħafna u glandola tal-bżieq enormi. Il-bżieq li joħroġ minn din il-glandola qisu kolla u flimkien mal-ilsien jintużaw mill-pangolini biex jaqbdu kwantita kbira ta' nemel u termiti.

Remove ads

Klassifikazzjoni

Il-pangolini xi darba kienu jagħmlu parti mill-ordni Edentata, dan kollu kien ibbażat fuq xebh li ma kienx ħlief evoluzzjoni konverġenti. Madankollu, l-aħħar studji tal-filoġenija molekulari wrew li dawn il-mammiferi għandhom jiġu kklassifikati għalihom fl-ordni Pholidota, bil-membri tal-ordni Carnivora bħala l-aktar mammiferi ħajjin li huma relatati ġenetikament fil-qrib tagħhom.

Xi paleontoloġisti jikklassifikaw il-pangolini fl-ordni Cimolesta bħala sottordni, flimkien ma' bosta sottordnijiet ta' mammiferi estinti. F'dan il-każ il-pangolini huma l-aħħar rappreżentanti ħajjin tal-ordni Cimolesta.

Remove ads

Tassonomija

  • Ordni Pholidota
    • Familja incertae sedis
      • Ġeneru Arcticanodon (Rose et al, 2004)
        • Arcticanodon dawsonae (Rose et al, 2004)
      • Ġeneru Melaniella (Fox, 1984)
        • Melaniella timosa (Fox, 1984)
      • Ġeneru Tubulodon (Jepsen 1932) Estint
        • Tubulodon atopum (K.D.Rose et al. 1991)
        • Tubulodon pearcei (K.D.Rose et al. 1991)
        • Tubulodon taylori (Jepsen 1932)
        • Tubulodon woodi (K.D.Rose et al. 1991)
    • Familja Epoicotheriidae Estinta
      • Ġeneru Amelotabes (Rose, 1978)
        • Amelotabes simpsoni (Rose, 1978)
      • Ġeneru Dipassalus
        • Dipassalus oryctes
      • Ġeneru Epoicotherium (Simpson,1927)
        • Epoicotherium unicum (Douglass,1905)
      • Ġeneru Tetrapassalus (Simpson,1959)
        • Tetrapassalus mckennai (Simpson,1959)
        • Tetrapassalus proius (West,1973)
      • Ġeneru Xenocranium
        • Xenocranium pileorivale
    • Familja Escavadodontidae Estinta
      • Ġeneru Escavadodon (Lucas & Rose,2000)
        • Escavadodon zygus (Lucas & Rose,2000)
    • Familja Metacheiromyidae Estinta
      • Ġeneru Brachianodon
        • Brachianodon westorum
      • Ġeneru Metacheiromys (Wortman,1903)
        • Metacheiromys marshi (Wortman,1903)
        • Metacheiromys tatusia (Osborn,1904)
        • Metacheiromys dasypus (Osborn,1904)
        • Metacheiromys osborni (Simpson,1931)
      • Ġeneru Mylanodon
        • Mylanodon rosei
      • Ġeneru Palaeanodon (Matthew,1918)
        • Palaeanodon parvulus (Matthew,1918)
        • Palaeanodon ignavus
        • Palaeanodon nievelti
      • Ġeneru Propalaeanodon (Rose,1979)
        • Propalaeanodon schaffi (Rose,1979)
    • Familja Manidae
Remove ads

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads