Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Mongolja u fir-Russja From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Pajsaġġi ta' Dauria huma Sit ta' Wirt Dinji naturali transnazzjonali tal-UNESCO, kondiviż bejn ir-Russja u l-Mongolja, u parti mir-reġjun ekoloġiku tal-"isteppa forestali ta' Dauria" (din tal-aħħar hija estiża sal-Grigal taċ-Ċina). It-tliet pajjiżi li jmissu ma' xulxin ilhom jikkooperaw flimkien mill-1994 fl-ambitu tal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żona Protetta ta' Dauria. Is-sit jinkludi wkoll il-Lagi ta' Torey.[1]
Ir-reġjun ekoloġiku tal-isteppa ta' Dauria huwa l-unika reġjun fid-dinja fejn iż-żona ta' tranżizzjoni bejn il-bijoma tat-taiga u dik tal-isteppa kontinentali miti għadha preżenti u ma tantx ġiet mimsusa.
Id-distrett tal-Lag ta' Zun-Torej, fuq in-naħa tar-Russja, għal żmien twil baqa' mhux affettwat mill-interferenzi tal-attivitajiet umani, u kienu jżuruh biss xi kaċċaturi u sajjieda. Min-naħa l-oħra, ir-reġjuni tal-isteppa esperjenzaw il-kontra ta' dan: kważi 20 % minnhom tħaddmu għall-produzzjoni tal-għelejjel u l-kumplament intużaw għar-ragħa jew għall-produzzjoni tal-ħuxlief. Fuq in-naħa tal-Mongolja, ir-reġjun magħruf bħala Mongol Daguur baqa' b'popolazzjoni skarsa sas-snin 40 tas-seklu 20. Il-ftit persuni preżenti kienu jkabbru l-bhejjem b'mod tradizzjonali. L-affarijiet inbidlu mhux ħażin permezz tal-kostruzzjoni tal-linja ferrovjarja transfruntiera ta' Choibalsan-Borzja fl-1939: ġiet stabbilita l-belt fil-fruntiera ta' Ereentsav u ġiet stabbilita wkoll l-kooperattiva agrikola tas-sum ta' Chuluunkhoroot. Din tal-aħħar kienet tinkludi 20,000 ettaru ta' raba' agrikolu u kienet ta' importanza nazzjonali għall-Mongolja; madankollu, bit-tranżizzjoni lejn ekonomija tas-suq, din ġiet abbandunata. Minn hemm 'il quddiem, ir-raba' qatt ma nħadem iktar.[2]
Il-Pajsaġġi ta' Dauria ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2017.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ix) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-evoluzzjoni u fl-iżvilupp ta' ekosistemi u ta' komunitajiet ta' pjanti u ta' annimali terrestri, tal-ilma ħelu, kostali u tal-baħar"; u l-kriterju (x) "Post fejn hemm l-iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall-konservazzjoni fil-post tad-diversità bijoloġika, inkluż fejn hemm speċijiet mhedda ta' valur universali straordinarju mill-perspettiva tax-xjenza jew tal-konservazzjoni".[1]
Is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO tal-Pajsaġġi ta' Dauria huwa magħmul mir-riżervi naturali li ġejjin:
Koordinati: 49°58′N 115°26′E.
Koordinati: 49°42′N 115°06′E.
Id-distrett tal-Lag ta' Zun-Torej (fir-Russja) huwa ta' importanza partikolari bħala żoni tar-riproduzzjoni għal xi speċijiet ta' għasafar fost l-iktar mhedda fid-dinja:
Barra minn hekk, l-inħawi tal-lag huma żona importanti ta' mistrieħ għall-għasafar tal-passa li ma jbejtux hemmhekk. Pereżempju, hemmhekk wieħed jista' jsib għadd kbir ta' eżemplari ta' ċinji minuri (Cygnus columbianus), il-kuluvert aħmar (Tadorna ferruginea), il-brajmla (Aythya ferina), il-pluviera żgħira (Pluvialis fulva), il-pespus tal-baħar (Tringa glareola), il-monakella saqajha suwed (Charadrius alexandrinus), it-tertuxa ta' għonqha aħmar (Calidris ruficollis), il-beggazzina ta' munqarha wiesa' (Limicola falcinellus) u l-gurlin żgħir (Numenius minutus).
Kważi l-ispeċijiet kollha ta' mammiferi li oriġinaw fir-reġjun huma rrappreżentati b'għadd kbir fi ħdan iż-żona protetta ddeżinjata. B'mod partikolari, hemm bosta speċijiet tal-ordni tar-rodituri u tal-karnivori.
Fi ħdan iż-żona tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO tal-Pajsaġġi ta' Dauria wieħed jista' jsib sitt speċijiet endemiċi u sottoendemiċi:
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.