From Wikipedia, the free encyclopedia
Nimbacinus huwa ġeneru ta' mammiferi estinti, il-marsupjali karnivori (id-dasjuromorfji), eżattament il-Lupi marsupjali tal-kontinent tal-Awstralja.
Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent tal-Awstralja) u fil-familja Thylacinidae. Nimbacinus huwa ġeneru li jiġbor fih żewġ speċi estinti, li kienu jgħixu mill-Oligoċen ta' Fuq sa fil-Mijoċen Nofsani.
Dan il-ġeneru fossilu nstab kemm fid-depożiti ta' Riversleigh, fil-Majjistral tal-istat ta' Queensland kif ukoll fid-depożiti ta' Bullock Creek, fit-Territorju tat-Tramuntana fl-Awstralja.
Fil-Wikispeċi hemm informazzjoni relatata ma': Nimbacinus |
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.