From Wikipedia, the free encyclopedia
Napuljun Bonaparti, magħruf f'pajjiżu bħala Napoléon I (Ajaccio, 15 ta' Awwissu 1769 – Sant'Elena, 5 ta' Mejju 1821) kien ġeneral Franċiż matul ir-Rivoluzzjoni Franċiża, mexxej ta' Franza bħala Prim Konslu ta' l-Ewwel Repubblika Franċiża mill-11 ta' Novembru 1799 sat-18 ta' Mejju 1804, kien ukoll Imperatur tal-Franċiżi (Empereur des Français) u Re tal-Italja bħala Napoleon I mit-18 ta' Mejju 1804 sas-6 t' April 1814 u għal darb' oħra bejn l-20 ta' Marzu u t-22 ta' Ġunju 1815.
Dan l-artiklu dwar persuna huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Napuljun I ta' Franza | |||||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
20 Marzu 1815 - 22 Ġunju 1815
20 Marzu 1815 - 22 Ġunju 1815 ← Louis XVIII of France (en) - Napoleon II (en) →
1806 - 26 Jannar 1812 ← Lwiġi XVI ta' Franza - no value →
17 Marzu 1805 - 11 April 1814
18 Mejju 1804 - 6 April 1814
1800 - 1800 ← Raphael Bienvenu Sabatier (en) - Claude Louis Berthollet (en) →
10 Novembru 1799 - 18 Mejju 1804
| |||||||||||||||||
Ħajja | |||||||||||||||||
Isem propju | Napulione Buonaparteu Napoleone di Buonaparte | ||||||||||||||||
Twelid | Ajaccio, 15 Awwissu 1769, 1769 | ||||||||||||||||
Nazzjonalità | Franza | ||||||||||||||||
Residenza |
Saint Helena Ajaccio Pariġi Elba | ||||||||||||||||
L-ewwel lingwa | Korsiku | ||||||||||||||||
Mewt | Longwood House (en) , 5 Mejju 1821 | ||||||||||||||||
Post tad-dfin |
Cathédrale Saint-Louis-des-Invalides (en) Valley of the Tomb (en) | ||||||||||||||||
Kawża tal-mewt | kawżi naturali (kanċer fl-istonku) | ||||||||||||||||
Familja | |||||||||||||||||
Missier | Carlo Bonaparte | ||||||||||||||||
Omm | Maria-Letizia Bonaparte | ||||||||||||||||
Konjuga/i |
Joséphine de Beauharnais (mul) (8 Marzu 1796, 9 Marzu 1796 - 16 Diċembru 1809) Marie Louise, Duchess of Parma (en) (1 April 1810 - 5 Mejju 1821) | ||||||||||||||||
Koppja/i |
Marie Walewska (en) Pauline Fourès (en) Emilie Kraus von Wolfsberg (en) Elisabeth de Vaudey (en) Eléonore Denuelle de La Plaigne (en) Giuseppina Grassini (en) Albine de Montholon (en) | ||||||||||||||||
Ulied | |||||||||||||||||
Aħwa |
uri
| ||||||||||||||||
Familja |
uri
| ||||||||||||||||
Tribù | familja Bonaparte | ||||||||||||||||
Edukazzjoni | |||||||||||||||||
Alma mater |
École Militaire (en) (1784 - | ||||||||||||||||
Lingwi |
Franċiż Korsiku | ||||||||||||||||
Okkupazzjoni | |||||||||||||||||
Okkupazzjoni |
politiku statista uffiċjal militari kollezzjonista tal-arti imperatur sovran militant mexxej militari monarka uffiċjal tal-armata | ||||||||||||||||
Parteċipant | |||||||||||||||||
Tul | 168 cm | ||||||||||||||||
Premjijiet |
List
| ||||||||||||||||
Sħubija | Akkademja Franċiża tax-Xjenzi | ||||||||||||||||
Servizz militari | |||||||||||||||||
Grad |
brigadier ġeneral ġeneral tad-diviżjoni | ||||||||||||||||
Iġġieldu |
Gwerer ta' Napuljun Gwerer tar-Rivoluzzjoni Franċiża |
Napuljun hu kkunsidrat bħala ġenju militari, hu magħruf li kkmanda u rebaħ ħafna kampanji famużi u ta' suċċess, iżda hu magħruf ukoll għal xi fallimenti spettakolari.
Fi ftit iktar minn għaxar snin, akkwista l-kontroll ta' parti kbira mill-Ewropa tal-Punent u dik Ċentrali, b'konkwisti jew alleanzi, sakemm tilef il-Battalja tan-Nazzjonijiet viċin Leipzig f'Ottubru tal-1813, li wasslitu għall-abdikazzjoni u l-eżilju tiegħu ftit xhur wara. Hu kien eżiljat fil-gżira tal-Elba.
Irnexxielu jerġa' jiġi lura mill-eżilju u għamel il-kampanja famuża tal-Mitt Jum (les Cent Jours), però tilef battalja deċiżiva f'Waterloo fil-Belġju fit-18 ta' Ġunju 1815, ftit wara ta' ruħu f'idejn l-Ingliżi, u spiċċa eżiljat fil-gżira ta' Sant Elena (gżira ċkejkna li tinstab mili 'l bogħod fin-naħa tal-Lvant ta' fejn illum hemm l-Angola, fl-Afrika), fejn miet.
Barra mir-rebħiet militari, Napuljun jibqa' mfakkar għall-Kodiċi Napoleoniku u hu kkunsidrat minn xi wħud bħala sovran imdawwal. Oħrajn jarawh bħala dittatur tirannikali, fejn il-karriera tiegħu qatlet il-miljuni ta' nies.
Napuljun ta ħafna titli monarkiċi lill-membri ta' familtu, il-Bonaparti. Anke jekk dawn ir-renjijiet ma tantx damu wara l-waqgħa tiegħu, neputih, Napuljun III, irrenja lil Franza iktar tard fis-seklu dsatax.
Fl-1997, Frans Sammut ħareġ il-ktieb Bonaparti f'Malta li fih analizza s-sitt ijiem li Napuljun Bonaparti qatta' f'Malta meta l-Franċiżi rebħu u okkupaw lil Malta. Il-ktieb inqaleb għall-Franċiż fl-2008.
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.