From Wikipedia, the free encyclopedia
Mikhail Sergeyevich Gorbachev (bir-Russu: Михаи́л Серге́евич Горбачёв; twieled fit-2 ta' Marzu 1931 – miet fit-30 ta' Awwissu 2022) kien politiku Russu. Hu serva bħala t-tmien u l-aħħar mexxej tal-Unjoni Sovjetika bejn l-1985 u l-1991. It-tentattivi tiegħu għar-riformi wasslu għat-tmiem tal-Gwerra l-Bierda, kif ukoll ikkawżaw tmiem is-supremazija politika tal-Partit Komunista tal-Unjoni Sovjetika (PKUS) u x-xoljiment tal-Unjoni Sovjetika. Fl-1990 ingħata l-Premju Nobel għall-Paċi.
Dan l-artiklu dwar il-politika huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Mikhail Gorbachev | |||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Vuċi | |||||||||
15 Marzu 1990 - 25 Diċembru 1991 ← no value - no value →
25 Mejju 1989 - 15 Marzu 1990 ← no value - Anatoly Lukyanov (en) →
1 Ottubru 1988 - 25 Mejju 1989 ← Andrei Gromyko (en) - no value →
11 Marzu 1985 - 24 Awwissu 1991 ← Constantine Chernenko (en) - Volodymyr Ivashko (en) → | |||||||||
Ħajja | |||||||||
Twelid | Privolnoye (en) , 2 Marzu 1931 | ||||||||
Nazzjonalità |
Russja Unjoni Sovjetika | ||||||||
L-ewwel lingwa | Russu | ||||||||
Mewt | Central Clinical Hospital (en) u Moska, 30 Awwissu 2022 | ||||||||
Post tad-dfin | Ċimiterju ta’ Novodevichy | ||||||||
Kawża tal-mewt | kawżi naturali (insuffiċjenza tal-kliewi) | ||||||||
Familja | |||||||||
Missier | Sergey Gorbachev | ||||||||
Omm | Maria Gorbacheva | ||||||||
Konjuga/i | Raisa Gorbacheva (en) (23 Settembru 1953 - 20 Settembru 1999) | ||||||||
Ulied | |||||||||
Edukazzjoni | |||||||||
Alma mater |
Fakultà tal-Liġi tal-Università Statali ta' Moska 1955) Università Agrarja Statali ta' Stavropol 1967) Università Statali ta’ Moska | ||||||||
Livell tal-edukazzjoni | Dottorat fix-Xjenza | ||||||||
Lingwi | Russu | ||||||||
Okkupazzjoni | |||||||||
Okkupazzjoni |
politiku ġurist ambjentalist ekonomista avukat | ||||||||
Parteċipant
| |||||||||
Impjegaturi |
Komsomol The Gorbachev Foundation (en) | ||||||||
Premjijiet |
List
| ||||||||
Influwenzat minn |
Antonio Gramsci Louis Aragon (mul) Roger Garaudy (mul) Giuseppe Boffa (en) Sun Myung Moon (en) | ||||||||
Sħubija |
International Academy of Sciences San Marino (en) Central Committee of the Communist Party of the Soviet Union (en) Politburo of the Central Committee of the Communist Party of the Soviet Union (en) Club of Rome (en) Komsomol |
Mikhail Gorbachyov, li tela' fil-poter f'Marzu ta' l-1985, fl-età ta' 54 sena, kien l-aktar mexxej b'talent u dinamiku li r-Russja kienet rat għall-ħafna snin. Kien determinat li jbiddel u jerġa' jagħti l-ħajja lil pajjiż wara s-snin sterili wara l-waqgħa ta' Krushchev. Hu kellu f'moħħu li jagħmel dan billi jimmodernizza lil Partit Komunista bl-ideat ġodda ta' glasnost (ftuħ) u perestroika (ristrutturar - ekonomiku u soċjali).
Dan il-ħsieb ġdid mal-ewwel ħalla impatt fuq il-politika barranija, b'inizjattivi ġodda għal ''dètente'', relazzjonijiet maċ-Ċina, tluq mill-Afganistan u fl-aħħar it-tmiem tal-Gwerra Bierda lejn l-aħħar ta' l-1990.
Gorbachyov wera biċ-ċar x'kien ħażin fl-Unjoni Sovjetika, f'diskors li għamel waqt Konferenza tal-Partit fl-1988. Hu qal li s-sistema kienet wisq ċentralizzata u għalhekk ma ħallietx spazju għall-inizzjattiva individwali lokali. Kienet ibbażata kompletament fuq kontroll u tmexxija mill-istat u indirizzata wisq lejn id-difiża u industriji kbar u b'hekk kien hemm nuqqas ta' ġid lejn il-konsumatur.
Gorbachyov ma riedx itemm il-Komuniżmu; ried ibiddel is-sistema preżenti, li kienet għada wisq Stalinista, ma waħda soċjalista li kienet umana u demokratika.
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Mikhail Gorbachev (Mikhail Gorbachev) |
Fil-Wikikwota hemm kollezzjoni ta' kwotazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma': Mikhail Gorbachev |
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.