From Wikipedia, the free encyclopedia
Kuopio hija belt u muniċipju fir-reġjun tas-Savonja tat-Tramuntana, il-Finlandja. B'popolazzjoni ta' 91,358, Kuopio hija d-disa' l-akbar belt fil-pajjiż. Iż-żona urbana testendi għal 1.730 km² li minnhom 805 huma ilma u foresti. Kuopio hija mdawwra bl-għadira Kallavesi u ħafna nħawi tal-belt huma mibnija fuq gżejjer.
Kuopio | ||
---|---|---|
Finlandja | ||
| ||
Amministrazzjoni | ||
Stat sovran | Finlandja | |
Regional State Administrative Agency | Regional State Administrative Agency for Eastern Finland (en) | |
Region of Finland | North Savo (en) | |
Kap tal-Gvern | Jarmo Pirhonen (en) | |
Isem uffiċjali | Kuopion kaupunki | |
Ismijiet oriġinali | Kuopio | |
Kodiċi postali |
70101–70840 | |
Ġeografija | ||
Koordinati | 62.8925°N 27.6783°E | |
Superfiċjenti | 3,241.74 kilometru kwadru | |
Għoli | 82 m | |
Fruntieri ma' | Iisalmi (en) , Juuka (en) , Kaavi (en) , Lapinlahti (en) , Leppävirta (en) , Pielavesi (en) , Rautavaara (en) , Siilinjärvi (en) , Suonenjoki (en) , Tervo (en) u Tuusniemi (en) | |
Demografija | ||
Popolazzjoni | 124,131 abitanti (29 Frar 2024) | |
Informazzjoni oħra | ||
Fondazzjoni | 1653 | |
Żona tal-Ħin | UTC+2u UTC+3 | |
bliet ġemellati | Castrop-Rauxel (en) , Winnipeg, Gera, Minneapolis (en) , Besançon, Opole (en) , Pudong (en) , Győr, Craiova, Jönköping Municipality (en) , Lääne-Viru County (en) , Bodø, Pitkyaranta (en) , Svendborg (en) , Pskov, Alūksne (en) u Shanghai | |
kuopio.fi |
L-ewwel Savonjani waslu fl-inħawi lejn tmiem is-seklu 15. Fl-1551 inbniet l-ewwel knisja u fl-1652 il-Konti Per Brahe waqqaf il-villaġġ ta' Kuopio. Però kien biss fl-1775 li r-Re Gustav III tal-Iżvezja taha t-titlu ta' belt. Minn nofs is-seklu 19 f'Kuopio kienu joqgħodu uħud mill-persunaġġi importanti marbuta mal-qawmien romantiċiżmu nazzjonalista Finlandiż imma żvilupp sinjifikanti ma seħħx qabel is-seklu 20.
Kuopio hija magħrufa għar-rabta li għandha ma' platt magħruf Finlandiz, il-kalakukko, id-djalett ta' Savo u l-għolja u t-torri ta' Puijo. Minbarra li hija żona rikreattiva popolari ħafna, Puijo tilqa' ta' kull sena il-kompetizzjoni tal-qbiż fit-Tazza tad-Dinja tal-iskì.
Il-kwartieri tal-Knisja Ortodossa Finlandiża jinstabu fi Kuopio li hija wkoll il-katedra tal-primat, l-Isqof tal-Karelja. L-akbar Knisja fil-Finlandja, il-Knisja Luterana Evanġelika għandha djocesi ccentrata fi Kuopio, immexxija mill-Isqof Wille Riekkinen.
Kuopio minn dejjem kellha rabta mal-qasam tal-edukazzjoni. Fiha kienu mwaqqfa fost l-ewwel skejjel li offrew il-kurrikulu bil-Finlandiż. Illum l-aktar istituzzjonijiet edukattivi importanti huma l-Università tal-Finlandja tal-Lvant, l-Università Savonjana tax-Xjenzi Applikati, il-Kulleġġ Vokazzjonali tal-Islavonja tat-Tramuntana u d-Dipartiment ta' Kuopio tal-Akkademja Sibelius. L-edukazzjoni f'din il-belt hija partikolarment magħrufa fl-oqsma tas-saħħa bl-għola numru ta' studenti tal-medicina fil-Finlandja, farmacija, ambjent, ikel u nutrizzjoni u saħħa u sigurtà.
Is-sawna ta' Jätkänkämppä hija meqjusa bħala l-akbar sawna fid-dinja. Hija miftuħa għaż-żewġ sessi u tieħu 60 persuna (għalkemm tasal ukoll għal 130).
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.