From Wikipedia, the free encyclopedia
John Bundy (Furjana, 10 ta' Marzu, 1960) huwa l-Kap Eżekuttiv tal-Public Broadcasting Services (PBS) u kien preżentatur u producer Malti ta' programmi fuq ir-radju u t-televixin.
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
John Bundy attenda l-iskola primarja ta' St. Francis f'Bormla u u l-Kulleġġ Missjunarju ta' San Pawl fir-Rabat għall-edukazzjoni sekondarja tiegħu, u wara attenda l-MCAST fl-Imsida. Bundy kiseb diploma f'CMC Entertainment Marketing minn Carlton Broadcasting Portman f'Londra, diploma minn D.R Corporation Production TV mimm Byen Broadcasting Corporation tad-Danimarka, One Year Compilation Radio minn BBC 4 London u wkoll diploma fil-PR communications minn Carlton Communications London.
L-ewwel xogħol tiegħu kien fl-accounts department ma’ Mizzi Group.
Bundy beda l-karriera tiegħu mal-istazzjon nazzjonali, Radju Malta fl-1986 bħala DJ li jippreżenta l-breakfast show kuljum. Ippreżenta: Multi Track, Mix Down, Awguri, Night Show, Breakfast Show.
Fl-2008, huwa irritorna fuq Radju Malta, wara nuqqas ta' 18-il sena bil-programm Drive Time. Dan sal-2010.
Fl-1991, John Bundy kien l-ewwel leħen li nstema' fuq l-istazzjon ġdid tar-radju tal-Partit Nazzjonalista, Radio 101. Huwa għamel 10 snin ma' dan l-istazzjon fejn ipproduċa u ippreżenta diversi programmi. Fl-1999, John Bundy niżżel ismu fil-Guiness Book of Records wara li għamel maratona ta' 51 siegħa ta' programm tar-radju ippreżentat minn persuna waħda fuq Radju 101.
“Kien radju innovattiv fejn ħoloq mod ġdid kif suppost ixandar ir-radju, bl-aħbarijiet bil-vox pops. Ma kienx stazzjon ibbażat fuq politika, bl-uniku kontenut politiku jkun biss fl-aħbarijiet. Sakemm mas-snin, il-partit induna li ma kienx qed jużah b’mod tajjeb dan il-makkinarju biex iwassal il-messaġġ tiegħu, u ħloqt il-programmi bit-telefonati. Il-fatt hu li Radio 101 kien il-‘baby’ tiegħi u ġieli kont inkun preżenti fil-bord tal-għażliet għall-ġurnalisti tal-aħbarijiet. Wieħed minnhom kien Simon Busuttil li kien beda bħala ġurnalist fir-Radio 101,” jgħid Bundy.
Fuq Radio 101 huwa ppreżenta Breakfast Show, Maltin Biss, Drive Time, Hello Cittadin, u Top 40.
Fl-2004, beda jxandar "Bundy on Bay" fuq Bay Radio.
Fl-2006, beda l-proġett A3FM.
Fl-2013, beda jxandar programm ta' diskussjoni tliet darbiet fil-ġimgħa fuq l-RTK.
Fl-1972, Bundy ta' 12-il sena għamel l-ewwel dehra televiżiva tiegħu waqt programm imsejjaħ "Studio Għat-Tfal" fuq TVM, ippreżentat mill-għalliem tiegħu tal-Ingliż David Azzopardi li skopra t-talent tiegħu. Huwa beda jippreżenta flimkien ma’ Hector Bruno u Marbeck Spiteri, programm li kien immexxi minn David Azzopardi, Philip Farrugia Randon u Renato Agius Muscat.
Fl-1990 beda jippreżenta programm televiżiv, "Bonġu Breakfast Show" fuq Smash TV.
Fl-1998 beda jippreżenta fuq in-NET TV.
Fl-2002 mar ma' TVM sal-2007. Kien għamel sena ma' TVM bejn l-1995 u l-1996.
Fl-2009 beda jaħdem ma' ONE TV, l-istazzjon tal-Partit Laburista, sal-2013.
"Bejn l-2002 sal-2008 jien kont inxandar il-breakfast show fuq TVM. Kont applikajt biex nibda nxandar bi produzzjoni għal rasi mat-26th frame, u l-programm ma ngħatalix, ma nafx għaliex u x’ġara. U allura ġejt f’sitwazzjoni li ridt nxandar x’imkien għax l-għixien tiegħi hu x-xandir. L-uniku messaġġ li rċevejt kienet e-mail mingħand Joseph Muscat li kitibli hekk, ‘Wara l-maltemp jiġi l-bnazzi. L-aqwa baħrin huma tal-maltemp. Fejn nista’ ngħinek, għidli.’
"Kelli laqgħa ma’ Joseph Muscat fejn staqsieni kif seta’ jgħini u għidtlu li jien xandar u xejn iżjed. Ftehmna li nagħmel il-breakfast show fuq ONE, ‘Bongu Bundy’, u kellna qbil li ma tidħolx politika u ma daħlet qatt sa ma resqet il-kampanja elettorali fejn bdiet tiżdied id-doża fl-aħbarijiet u analiżi, u allura ħassejt li jkun aħjar għall-Partit stess biex ikollu airtime biex jużah hu, u waqafna hemm. Sadanittant, kelli programm il-Ġimgħa filgħaxija, ‘Affari Tagħna’ li kien il-flagship tal-ONE. Però, kelli ftehim ma’ Muscat li dan il-programm jintemm eżatt mill-għada tal-elezzjoni, u hekk ġara. Keċċejt lili nnifsi fit-8 ta’ Marzu.”
Fost l-oħrajn, huwa ppreżenta l-programmi: Karaoke Show, The Bundy Road Show, Għodwa Ġdida, Ejj'Oqgħod, Mid-Dinja tal-Futbol, Bottegin, Hawn Aħna, Bonġu, Ta' Bundy, Bonġu Bundy u Affari Tagħna.
Huwa ippreżenta The Malta Song for Europe, The Malta Song Festival, il-Festival tal-Indipendenza, ikkummenta l-Eurovision song festivals għall-PBS, Movie Spectacular, L-Istrina u Rockestra fost l-oħrajn.
Fl-2007, rebaħ il-Premju tal-Aqwa Preżentatur u wkoll il-Best Daily Magazine Programme fis-Samsung Malta Television Awards 2007/8 u reġa' għamel dan sena wara fil-Go Malta Television Awards.
Bħala kantant u mużiċist Bundy rebaħ diversi festivals bħal: Un Disco Per l’Estate Giovane fl-1976, Canzonissima Malta fl-1980, L-Għanja Tal-Poplu bid-diska li baqgħet famuża "Pajjiż tal-Mickey Mouse" fl-1995 u l-Festival tal-Kanzunetta Maltija flimkien ma' Enzo Guzman u Tony Camilleri fl-1996, bil-kanzunetta "Din għalikom ħbieb tiegħi".
Fl-1978 rebaħ il-Premju tal-Aqwa Kompożitur Żagħżugħ fil-Festival of Arts u fl-1996 ġie vvutat bħala "L-Aqwa Personalità tas-Sena".
Fl-1996, Bundy kien ħareġ għall-elezzjoni mal-Partit Nazzjonalista fuq ir-Raba' Distrett (Ħal Tarxien, Raħal Ġdid, Marsa, Gudja u Santa Luċija) u ġab 397 vot u ma kienx elett.
Għal ħafna snin, huwa immilita fil-Partit Nazzjonalista, kien jorganizza spettakli u maratoni ġbir ta' fondi.
"Kelli sehem kbir fl-aktar mumenti glorjużi tal-PN. Meta kellu magna ta’ propaganda tajba u meta kellu l-volontarjat jaħdem mija fil-mija, meta kien partit frisk u modern. Iżda maż-żmien kollox jeqdiem," qal Bundy f'intervista fl-2016.
“Kien fl-2003 li bdejt inħoss li l-partit kien qed jieħu direzzjoni ħażina u kien qed jinjora lin-nies. Twieldet l-arroganza fil-Partit u minkejja li Gonzi kien Prim Ministru tajjeb ħafna, ma kellux il-ħin jikkontrolla minħabba l-impenji tiegħu ta’ Prim Ministru.”
Mill-10 ta' Mejju 2009 beda jersaq lejn il-Partit Laburista, meta kellu l-ewwel intervista ma' Joseph Muscat taħt tinda fir-Rabat. Meta resqet il-kampanja għal-elezzjoni ġenerali tal-2013 intervista ħafna drabi lil Muscat.
Fl-1988, huwa żżewweġ lil Claudette Fiorini minn Birżebbuġa u fl-1992 kellhom tifla, Samyra. Jgħixu l-Fgura.
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.