From Wikipedia, the free encyclopedia
Jelle Vossen (twieled fit-22 ta' Marzu 1989) huwa plejer tal-futbol Belġjan li jilgħab ma' Zulte Waregem bħala attakkant.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 22 ta' Marzu 1989 Bilzen, Belġju | ||
Tul | 1.80 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb attwali | Zulte Waregem | ||
Numru | 9 | ||
Mixtliet | |||
1994–1997 | Eigenbilzen | ||
1997–2000 | Tongeren | ||
2000–2006 | Genk | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2006–2015 | Genk | ||
2009–2010 | → Cercle Brugge (self) | ||
2014–2015 | → Middlesbrough (self) | ||
2015 | Burnley | ||
2015–2020 | Club Brugge | ||
2020– | Zulte Waregem | ||
Tim nazzjonali | |||
2009–2013 | Belġju |
Beda l-karriera tiegħu fost it-timijiet mixtla ta' Genk. Iddebutta mal-ewwel tim fit-3 ta' Novembru 2006, u skorja l-ewwel gowl tiegħu fl-24 ta' Frar 2007 kontra Roeselare. Bejn l-2007 u l-2009 ikkollezzjona 37 logħba u 7 gowls.
Għall-istaġun 2009–10 ġie misluf lil Cercle Brugge fejn wara li skorja 4 gowls f'9 partiti kien imweġġa' għal tliet xhur. Lura għal-logħob, hu sab ix-xibka darbtejn oħra fi 11-il logħba. B'kollox lagħab 26 logħba u skorja 8 gowls (tnejn minnhom ġew f'sitt preżenżi fit-Tazza Belġjana). Wara dan l-istaġun sar figura regolari fit-tim ta' Genk, fejn irnexxielu jiskorja 20 gowl f'37 logħba fil-kompetizzjonijiet kollha fl-istaġun 2010–11.
F'Awwissu tal-2010 estenda l-kuntratt tiegħu b'ħames snin.
Vossen ġie imsejjaħ għall-ewwel darba fl-iskwadra Belġjana għall-partiti kontra ċ-Ċili u l-Ġappun mit-Tazza Kirin, fejn iddebutta kontra tal-ewwel. Fit-12 ta' Ottubru 2010, skorja l-ewwel gowl tiegħu fid-dro ta' 4–4 kontra l-Awstrija, partita valida għall-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2012.
Gowl | Data | Post | Avversarju | Punteġġ | Riżultat | Kompetizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
1. | 12 ta' Ottubru 2010 | Stadju King Baudouin, Brussell, Belġju | Awstrija | 1–0 | 4–4 | Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2012 |
2. | 29 ta' Marzu 2011 | Stadju King Baudouin, Brussell, Belġju | Ażerbajġan | 4–1 | 4–1 | Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2012 |
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.