J. J. Camilleri
From Wikipedia, the free encyclopedia
From Wikipedia, the free encyclopedia
Joseph John Camilleri (Mosta, 1928 - 5 ta' Lulju 2012) kien rumanzier modern u awtur ta' bosta xogħlijiet letterarji, fosthom Aħna Sinjuri, L-għar tax-xitan, Is-Sejħa tal-Art, Ulied il-Qawsalla u Luteru żmien li tibni, żmien li tħott. Kien studjuż u riċerkatur l-aktar fl-istorja u l-edukazzjoni. Kittieb ta’ poeżiji, drama u novelli, apparti r-rumanzi. Kien wieħed mill-esponenti tal-Moviment Qawmien Letterarju. Serva ukoll bħala membru tal-Awtorità tax-Xandir.
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Studja fil-Liċeo, fl-Università ta’ Malta u fl-Università ta’ Londra. Hu kien kap ta’ skola, uffiċjal edukattiv, lekċerer fil-Kulleġġ tal-Għalliema u fl-Università, eżaminatur fis-servizz pubbliku u kellu karigi bħala ċermen jew membru f’għadd ta’ bordijiet.
Huwa ddedika ħajtu għall-edukazzjoni fejn fuq quddiem kien ipoġġi dawk li l-iżjed jaqgħu lura. Snin twal ta’ impenn letterarju b’kitbiet ta’ rumanzi u versi li bihom wera biċ-ċar l-għażla tiegħu favur il-ġustizzja soċjali, soċjetà miftuħa u libertajiet tal-bniedem kontra l-faqar, id-diskriminazzjoni u l-intolleranza. Camilleri dejjem rabat flimkien l-impenn ċiviku, edukattiv u letterarju fejn ħadem għall-ġid komuni tas-soċjetà.
Aħna Sinjuri meqjus bħala wieħed mill-akbar xogħlijiet tiegħu, fejn l-istorja hi ambjentata madwar it-tarzna, fejn tispikka l-insigurtà ta’ ħafna ħaddiema mit-tkeċċija mix-xogħol. Fir-rumanz ikun tratta kif is-sidien tal-fabbriki kienu qed jippreferu jħaddmu lin-nisa u lit-tfal għax dawn bil-liġi setgħu jitħallsu inqas mill-irġiel.
Il-politika korrotta hi wkoll xi ħaġa li tispikka fir-rumanz, fejn kollox jiddependi minn kemm wieħed għandu flus u kemm hu midħla ta’ persuni li jinsabu fil-quċċata tal-poter. Il-Knisja fir-rumanz tagħti importanza lill-ġid materjali.
Meta taqra r-rumanz Aħna Sinjuri tinduna mill-ewwel li hu ambjentat fiż-żminijiet ta’ wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Tibda taħseb li se jkollok tibda tqabbel ir-realtà ta’ dak iż-żmien ma’ tal-lum, iżda malajr tinduna li m’hemmx baħar jaqsam bejn iż-żewġ żminijiet. Malajr tinduna li flok nitbiegħdu mid-drawwiet soċjo-politiċi ta’ dari, iżjed qed nersqu lejhom b’ħeffa kbira. Ir-rumanz hu meqjus bħala l-ewwel rumanz ġdid fil-letteratura Maltija.
Magħruf mal-Mostin bħala “J.J.”, kien persuna mill-aktar ċajtiera u kien iħobb jgħid “iwa JJ (ġej ġej) imma daqt jasal”. Il-Mosta kienet għal qalbu u kien kburi b’dak kollu li hu Mosti. L-għaxqa tiegħu jikteb xi anneddoti storiċi, iżda dejjem biex jislet tbissima. L-għors tiegħu jirrakkont dwar id-drammi li kien jikteb hu stess għall-Oratorju tal-Mosta u mbagħad kien jieħu sehem fihom ukoll. Fl-2004 kien ingħata “Ġieħ il-Mosta” mill-Kunsill Lokali.
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.