From Wikipedia, the free encyclopedia
Frédéric François [1]Chopin (Żelazowa Wola, 1 ta' Marzu 1810 – Pariġi, 17 t'Ottubru 1849), bil-Polakk Fryderyk Franciszek Chopin kien kompożitur u pjanista Polakk ta' parentela Franko-Polakka. Huwa meqjus bħala l-akbar kompożitur Polakk u bla dubju wieħed mill-ikbar pjanisti li qatt kien hemm. Chopin iddedika ħajtu esklużżivament għall-pjanu u kien propju l-pjanu l-mezz ta' kif ittrasmetta s-sentimenti tiegħu; fil-parti l-kbira rabja u melankolija, hekk kif stqarr l-istess Chopin. Madanakollu huwa propju l-istil ta' Chopin, dak melankoniku, li għamlu wieħed mill-iktar kompożituri famużi fid-dinja.
Frédéric Chopin | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Fryderyk Franciszek Chopin |
Twelid | Żelazowa Wola (en) , 22 Frar 1810, 1 Marzu 1810 |
Nazzjonalità |
Franza Imperu Russu Dukat ta' Varsavja Renju tal-Kungress tal-Polonja It-Tieni Repubblika Franċiża |
Residenza |
Varsavja Vjenna Pariġi Żelazowa Wola (en) Szafarnia, Masovian Voivodeship (en) Poturzyn (en) Duszniki-Zdrój (en) Berlin Dresden Kalisz Wrocław Toruń Gdańsk Poznań Krakovja Londra Manchester Glasgow Edinburgu Valldemossa Charterhouse (en) Valldemossa (en) Nohant-Vic (en) |
L-ewwel lingwa | Pollak |
Mewt | Pariġi, 17 Ottubru 1849 |
Post tad-dfin |
Qabar ta' Frédéric Chopin Iċ-Ċimiterju Père Lachaise Holy Cross Church (en) |
Kawża tal-mewt | kawżi naturali (tuberkulożi) |
Familja | |
Missier | Nicolas Chopin |
Omm | Tekla Justyna Chopin |
Konjuga/i | Not married |
Koppja/i |
Maria Wodzińska (en) George Sand |
Aħwa | |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Chopin University of Music (en) University of Warsaw (en) |
Lingwi |
Franċiż Pollak |
Għalliema |
Wojciech Żywny (en) Józef Elsner (en) Wilhelm Würfel (en) |
Studenti | |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kompożitur pjanist għalliem tal-mużika virtuoso mużiċist pedagoġiku |
Post tax-xogħol | Pariġi |
Xogħlijiet importanti |
Études (en) Polonaise in A-flat major "Heroic", Op. 53 (en) Nocturnes (en) Ballades (en) |
Influwenzat minn |
Johann Sebastian Bach Wolfgang Amadeus Mozart |
Moviment | mużika romantika |
Strument/i tal-mużika | pjanu |
Huwa kien fost ir-rappreżentanti ewlenin tar-Romantiċiżmu u kien magħruf bħala l-poeta tal-pjanu. Twieled fl-1820 f'raħal qrib Varsavja, il-Polonja. Il-lirika tieghu, ħafna drabi kompożiżżjonijiet mill-akar melakoniċi, ġabu popolarità għal mużika bil-pjanu. Kien diġà jdoqq il-pjanu meta fl-1826 iddeċieda jmur jistudja fil-Konservatorju ta' Varsavja. Wara li ta bosta kunċerti f'Munich u Vjenna, Chopin mar jgħix Parigi, fejn ta l-ewwel kunċert tiegħu fl-1831. F'Parigi kompla jiżviluppa t-talenti tiegħu. Huwa kien jiddejjaq jdoqq fil-pubbliku u pprefera jgħallem u joqgħod jikkomponi milli jitla' jdoqq fuq xi palk. Fl-1836 Franz Liszt laqqa' lil Chopin ma' George Sand, li magħha qatta' x-xitwa tal-1838-39 f'Majorka. Hemmhekk Chopin irnexxielu jikkomponi 24 preludju li huma meqjusa fost l-aqwa kompożizzjonijiet tiegħu. Għall-akbar parti ta' ħajtu, Chopin soffra minn problemi kontinwi ta' saħħa; ir-riżultat ta' dan kien il-mewta tiegħu ta' 39 sena biss, f'Pariġi, bil-marda tat-tuberkulożi.
Chopin introduċa forom mużikali bħall-ballata strumentali u wettaq innovazzjonijiet kbar fis-sonata tal-pjanu, mażurka, valtz, notturn, polonaise, étude, impromptu u preludju.
|
|||||
Problemi fis-smigħ ta' dan il-fajl? Ara l-għajnuna fuq il-medja. |
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.