matematiku Belġjan From Wikipedia, the free encyclopedia
Charles-Jean Étienne Gustave Nicolas, magħruf ukoll bħala l-Baruni de la Vallée Poussin (twieled fl-14 ta' Awwissu 1866 – miet fit-2 ta' Marzu 1962) kien matematiku Belġjan. Huwa magħruf l-iktar talli wera bil-provi t-teorema tan-numri primi.
Charles Jean de la Vallée-Poussin | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Leuven, 14 Awwissu 1866 |
Nazzjonalità | Belġju |
L-ewwel lingwa | Franċiż |
Mewt | Brussell, 2 Marzu 1962 |
Familja | |
Missier | Charles-Louis-Joseph-Xavier de la Vallée Poussin |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Università Kattolika ta' Leuven Università Kattolika ta' Leuven Heilige Drievuldigheidscollege (en) |
Direttur tat-teżi | Louis-Philippe Gilbert (en) |
Studenti dottorali |
Georges Lemaître (en) Fernand Simonart (en) |
Lingwi | Franċiż |
Għalliema | Louis-Philippe Gilbert (en) |
Studenti | |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
matematiku għalliem fl-università |
Impjegaturi |
Università ta' Harvard Università ta' Pariġi Università Kattolika ta' Leuven |
Premjijiet |
List
|
Sħubija |
Akkademja Nazzjonali tax-Xjenzi Akkademja Papali tax-Xjenzi Akkademja Amerikana tal-Arti u tax-Xjenzi Accademia dei Lincei Académie des sciences, belles-lettres et arts de Rouen (en) |
Ir-re tal-Belġju tah it-titlu ta' baruni.
De la Vallée Poussin twieled f'Leuven, il-Belġju. Studja l-matematika fl-Università Kattolika ta' Leuven taħt zijuh Louis-Philippe Gilbert, wara li kien kiseb il-baċellerat tiegħu fl-inġinerija. De la Vallée Poussin ġie mħeġġeġ jistudja għal dottorat fil-fiżika u fil-matematika, u fl-1891, meta kellu 25 sena biss, sar assistent professur fl-analiżi matematika.
De la Vallée Poussin sar professur fl-istess università (bħal missieru, Charles Louis de la Vallée Poussin, li kien jgħallem il-mineraloġija u l-ġeoloġija) fl-1892. De la Vallée Poussin ingħata post Gilbert meta miet. Meta kien professur hemmhekk, de la Vallée Poussin wettaq riċerka fl-analiżi matematika u fit-teorija tan-numri, u fl-1905 ingħata l-Premju Deċennali għall-Matematika Pura 1894–1903. Huwa ngħata dan il-premju għat-tieni darba fl-1924 għax-xogħol tiegħu matul l-1914-1923.
Fl-1898, de la Vallée Poussin inħatar bħala l-korrispondent tal-Akkademja Rjali Belġjana tax-Xjenzi, u sar Membru tal-Akkademja fl-1908. Fl-1923 sar il-President tad-Diviżjoni tax-Xjenzi.
F'Awwissu 1914, de la Vallée Poussin ħarab minn Leuven meta kienet qed tinqered mill-invażjoni tal-Armata Ġermaniża fl-Ewwel Gwerra Dinjija, u ġie mistieden jgħallem fl-Università ta' Harvard fl-Istati Uniti u aċċetta din l-istedina. Fl-1918, de la Vallée Poussin reġa' lura fl-Ewropa biex jaċċetta li jkun professur f'Pariġi, Franza, fil-Collège de France u fis-Sorbonne.
Wara li l-gwerra ntemmet, de la Vallée Poussin reġa' lura l-Belġju, inħolqot l-Unjoni Internazzjonali tal-Matematiċi, u ġie mistieden isir il-President tagħha. Bejn l-1918 u l-1925, de la Vallée Poussin ivvjaġġa ħafna, u għamel lekċers f'Ġinevra, l-Iżvizzera, fi Strasburgu, Franza, u f'Madrid, Spanja, u mbagħad fl-Istati Uniti fejn ta lekċers fl-Universitajiet ta' Chicago, ta' California, ta' Pennsylvania, u fl-Universitajiet ta' Brown, ta' Yale, ta' Princeton, ta' Columbia, u fir-Rice Institute of Houston.
Huwa ngħata l-Prix Poncelet fl-1916.[1] De la Vallée Poussin ingħata dottorati honoris causa mill-Universitajiet ta' Pariġi, ta' Toronto, ta' Strasburgu, u ta' Oslo, kif ukoll it-titlu ta' Msieħeb tal-Istitut ta' Franza, u ta' Membru tal-Akkademja Papali tax-Xjenzi[2] u tal-Accademia Nazionale dei Lincei, f'Madrid, f'Napli, u f'Boston. Huwa ngħata wkoll it-titlu ta' Baruni mir-Re Albert I tal-Belġju fl-1928.
Fl-1961, de la Vallée Poussin kellu frattura fi spalltu, u dan l-aċċident u l-kumplikazzjonijiet li ġab miegħu wasslu għal mewtu f'Watermael-Boitsfort, qrib Brussell, il-Belġju, ftit xhur wara.[3]
Student minn tiegħu, Georges Lemaître, kien l-ewwel wieħed li ppropona t-teorija tal-Big Bang għall-formazzjoni tal-univers.
Għalkemm l-ewwel interessi matematiċi tiegħu kienu fl-analiżi, sar famuż ħesrem meta wera bil-provi t-teorema tan-numri primi b'mod indipendenti minn Jacques Hadamard fl-1896.
Wara dan, beda jinteressa ruħu fit-teorija tal-approssimazzjoni. Huwa ddefinixxa, għal kwalunkwe funzjoni kontinwa f fuq l-intervall standard , is-somom
fejn
u
huma l-vetturi tal-bażi doppja fir-rigward tal-bażi tal-polinomji ta' Chebyshev (definiti bħala
Ta' min jinnota li l-formula hija valida wkoll jekk tkun is-somma ta' Fourier ta' -funzjoni perjodika b'tali mod li
Finalment, is-somom ta' de la Vallée Poussin jistgħu jiġu evalwati f'termini tal-hekk imsejħa somom ta' Fejér (eż. )
Il-qofol huwa marbut () u jobdi l-proprjetà
Iktar 'il quddiem, huwa ħadem fuq it-teorija potenzjali u fuq l-analiżi kumplessa.
Huwa ppubblika wkoll kontroeżempju tal-prova falza ta' Alfred Kempe tat-teorema tal-erba' kuluri. Il-graff ta' Poussin, il-graff li uża għal dan il-kontroeżempju, ingħatat kunjomu.
Il-kotba akkademiċi tal-analiżi matematika tiegħu kienu referenza għal żmien twil u kellhom influwenza internazzjonali.
It-tieni edizzjoni (1909-1912) hija notevoli għall-introduzzjoni tagħha għall-integral ta' Lebesgue. Fl-1912 kien "l-uniku ktieb akkademiku dwar l-analiżi li kien fih kemm l-integral ta' Lebesgue kif ukoll l-applikazzjoni tiegħu għas-serje ta' Fourier, u teorija ġenerali tal-approssimazzjoni tal-funzjonijiet bil-polinomji".[4]
It-tielet edizzjoni (1914) introduċiet id-definizzjoni klassika ta' differenzjabbiltà bis-saħħa ta' Otto Stolz. It-tieni volum ta' din it-tielet edizzjoni nħarqet fin-nar ta' Louvain matul l-invażjoni Ġermaniża.
L-edizzjonijiet ta' wara kienu ferm iktar konservattivi, u essenzjalment reġgħu lura għall-ewwel edizzjoni. Mit-tmien edizzjoni, Fernand Simonart ħa ħsieb ir-reviżjoni u l-pubblikazzjoni tal-Cours d’analyse.
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.