kompożitur Franċiż (1865-1914) From Wikipedia, the free encyclopedia
Lucien Denis Gabriel Albéric Magnard (pronunzja bil-Franċiż: [lysjɛ̃ dəni ɡabʁijɛl albeʁik maɲaʁ]; twieled fid-9 ta' Ġunju 1865 – miet fit-3 ta' Settembru 1914) kien kompożitur Franċiż, xi kultant magħruf bħala "Bruckner Franċiż", għalkemm hemm differenzi sinifikanti bejn iż-żewġ kompożiturit. Magnard sar eroj nazzjonali fl-1914 meta rrifjuta li jċedi l-proprjetà tiegħu lill-invażuri Ġermaniżi u miet biex jiddifendiha.
Albéric Magnard | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Lucien Denis Gabriel Albéric Magnard |
Twelid | it-18-il arrondissement ta' Pariġi, 9 Ġunju 1865 |
Nazzjonalità | Franza |
Mewt | Baron, 3 Settembru 1914 |
Post tad-dfin |
Ċimiterju ta' Passy Grave of Magnard (en) |
Familja | |
Missier | Francis Magnard |
Ulied | |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Conservatoire de Paris |
Lingwi | Franċiż |
Għalliema | Théodore Dubois |
Studenti |
uri
|
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
surmast tal-orkestra kompożitur għalliem tal-mużika kritiku tal-mużika |
Moviment | mużika klassika |
Moviment artistiku |
opra sinfonija |
Magnard twieled f'Pariġi, u kien iben Francis Magnard, awtur u editur famuż ta' Le Figaro. Albéric seta' għażel li jgħix ħajja komda bbażata fuq il-ġid tal-familja, iżda kien jobgħod jiġi msejjaħ "fils du Figaro" u ddeċieda li jibni karriera fil-mużika, ibbażata biss fuq it-talent tiegħu u mingħajr l-ebda għajnuna minn konnessjonijiet tal-familja.[1] Wara s-servizz militari, iggradwa fid-dritt, u beda jattendi l-Konservatorju ta' Pariġi, fejn studja l-kontrapont ma' Théodore Dubois u mar għall-klassijiet ta' Jules Massenet. Hemmhekk iltaqa' ma' Vincent d'Indy, u miegħu studja l-fugue u l-orkestra għal erba' snin. Dan wasslu biex jikkomponi l-ewwel żewġ Sinfoniji taħt d'Indy. Magnard iddedika s-Sinfonija Nru 1 lil d'Indy; u ż-żewġ irġiel dejjem irrispettaw lil xulxin, minkejja d-differenzi politiċi tagħhom (Magnard kien pro-Dreyfus).
Francis Magnard għamel li seta' biex jappoġġa l-karriera ta' Albéric filwaqt li rrispetta x-xewqa ta' ibnu li jirnexxi waħdu. Dan kienu jinkludi r-riklamar f'Le Figaro. Bil-mewt ta' missieru fl-1894, is-sogħba ta' Albéric Magnard ġiet ikkumplikata mill-gratitudni u l-urtar simultanji fil-konfront ta' missieru.
Fl-1896, Magnard iżżewweġ lil Julie Creton, sar għalliem tal-kontropont fl-iSchola Cantorum (li kienet għadha kemm ġiet stabbilita minn d'Indy) u kkompona s-Sinfonija Nru 3 tiegħu bil-B-ċatta minuri.
Fl-1914, fil-bidu tal-Ewwel Gwerra Dinjija, Magnard bagħat lil martu u liż-żewġ bniet tiegħu lejn moħba sikura u hu baqa' għassa tal-proprjetà tiegħu ta' "Manoir de Fontaines" f'Baron, Oise. Meta s-suldati Ġermaniżi daħlu fil-proprjetà tiegħu, Magnard spara lejhom, u qatel suldat. Is-suldati Ġermaniżi sparaw lura u mbagħad taw in-nar lid-dar. Huwa maħsub li Magnard miet fin-nirien, għalkemm il-katavru tiegħu ma setax jiġi identifikat fil-fdalijiet ta' daru.[2] In-nirien qerdu x-xogħlijiet mużikali kollha li Magnard kien għadu ma ppubblikax, inkluż ix-xogħol mużikali għall-orkestra tal-opra bikrija tiegħu Yolande, ta' Guercoeur (ix-xogħol għall-pjanu kien ġie ppubblikat, u x-xogħol għall-orkestra tat-tieni att baqa' jeżisti), u ċiklu iktar reċenti ta' kanzunetti. Guy Ropartz, li kien iddirieġa kunċert tat-tielet att ta' Guercoeur f'Nancy fi Frar 1908, sussegwentement wettaq rikostruzzjoni mill-memorja tal-orkestrar tal-atti li kienu ntilfu fin-nirien, u l-Opéra ta' Pariġi tat premiere dinji tax-xogħol wara mewt il-kompożitur fl-1931.
L-influwenzi mużikali primarji ta' Magnard kienu l-kompożituri Franċiżi kontemporanji, b'mod partikolar César Franck. Għalkemm alloka l-biċċa l-kbira tal-isforzi ta' kompożizzjoni għall-opri, u llum il-ġurnata x'aktarx li huwa magħruf l-iktar għall-erba' sinfoniji tiegħu, ċerti passaġġi juru influwenza iktar Ġermanika, u jagħtu ħjiel tal-mużika ta' Gustav Mahler. L-użu tiegħu tal-fugue u l-inkorporazzjoni korali, flimkien mal-grandjożità tal-espressjoni fix-xogħlijiet maturi tiegħu tal-orkestra, wasslu biex jissejjaħ "Bruckner Franċiż". Għalkemm Bruckner uża l-forom ċikliċi ferm qabel d'Indy sejjaħ il-kunċett b'isem César Franck, l-użu tal-forma ċiklika ta' Magnard hija iktar simili għal ta' Franck milli ta' Bruckner. Fl-opri tiegħu, Magnard uża t-teknika tal-leitmotiv ta' Richard Wagner.
Ix-xogħol mużikali kollu ta' Magnard jammonta għal total ta' 22 opus. Flimkien mas-sinfoniji u l-opri, hemm għadd ta' xogħlijiet tal-kamra li jinkludu kwartett uniku tal-korda, kwintett għall-pjanu u għall-istrumenti tan-nifs, trio għall-pjanu, sonata għall-vjolin (bil-G, l-opus 13), u sonata għall-vjolinċell (bl-A, l-opus 20). Xi xogħlijiet oħra ġew ippubblikati wara mewtu, inkluż il-Quatre poèmes en musique, erba' kanzunetti għall-baritoni u għall-pjanu.[3]
Albéric Magnard, La Musique de chambre, Timpani Records, 4 CDs (Ottubru 2014)
L-erba' sinfoniji ġew irreġistrati minn:
Reġistrazzjoni kompluta ta' Guercœur ġiet rilaxxata minn EMI Angel/Pathé Marconi fl-1990. Fiha l-parteċipazzjoni ta' Hildegard Behrens, Nadine Denize, José van Dam u Gary Lakes, flimkien mal-Orchestre du Capitole de Toulouse ddireġuta minn Michel Plasson.
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.