From Wikipedia, the free encyclopedia
Ħal Luqa hu villaġġ li jinsab fil-Lbiċ ta' Malta. Huwa belt qadima tipiku tal-Gżejjer Maltin. Il-popolazzjoni ta' Ħal Luqa hi 6,028 (Nov 2005). Hemm knisja fil-pjazza ewlenija ddedikata lil Sant Andrija. Il-festa tradizzjonali ta' Sant Andrija hi ċċelebrata fl-ewwel Ħadd ta' Lulju, imma l-festa liturġika tiġi ċċelebrata fit-30 ta' Novembru.[1]
Ħal Luqa | |||
---|---|---|---|
Malta | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Malta | ||
Reġjuni ta’ Malta | Southern Region (Nofsinhar) (en) | ||
Kodiċi postali |
LQA | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 35.8597°N 14.4892°E | ||
Superfiċjenti | 6.28 kilometru kwadru | ||
Għoli | 75 m | ||
Fruntieri ma' | Ħal Għaxaq, Gudja, Ħal Kirkop, Marsa, Mqabba, Raħal Ġdid, Ħal Qormi, Ħal Safi, Santa Luċija, Siġġiewiu Ħal Tarxien | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 5,945 abitanti (31 Marzu 2014) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Kodiċi tat-telefon |
395 | ||
luqalocalcouncil.com |
Iċ-ċittadini ta' Ħal Luqa jivvutaw għall-kunsill lokali kull tliet snin. Il-kunsill jikkonsisti f'seba' membri, wieħed minnhom għandu l-kariga ta' sindku. [2]
L-inventur famuż tal-arloġġi Michelangelo Sapiano (1826-1912) kien jgħix f'Ħal Luqa. Bena diversi arloġġi, l-arloġġ tal-Knisja Parrokkjali huwa wieħed mill-bosta xogħlijiet tiegħu. Id-dar f'Ħal Luqa fejn kien jgħix tinsab fi Triq Pawlu Magri.[3]
L-ewwel Banda Hal Luqija hija dik tas-Socjeta' Filarmonika l-Unjoni AD1880. Tliet snin wara twaqfet l-Ghaqda Muzikali Sant Andrija AD1883.
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.